Kampus Kotba – il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023, se jittellabejn l-Erbgħa 22 u l-Ġimgħa 24 taMarzu. Din l-edizzjoni se tkun l-għaxar waħda u fiha se jieħdu sehem diversi pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba, kif ukoll diversi dipartimenti tal-Università, u għaqdiet studenteski.

Waqt li dan il-festival huwa mmirat lejn studenti universitarji u studenti f’kulleġġi postsekondarji, u ser jittella’ fil-qalba tal-Università – f’tinda ta’ 240 metru kwadru fil-kwadranglu, dan huwa festival għal kulħadd.

L-edizzjoni ta’ dis-sena se terġa tilqa’ numru ta’ eżibituri u organizzazzjonijiet mis-snin ta’ qabel, sabiex tkompli ssaħħaħ kollaborazzjonijiet storiċi, filwaqt li se tilqa’ esebituri ġodda.  Ede Books u Kixott, Faraxa Publishing, Horizons, Kite Group, Klabb Kotba Maltin/Midsea Books u SKS ser ikunu l-pubblikaturi preżenti, flimkien mal-bejjiegħa tal-kotba Mallia & DAmato Bookshelf Curators, il-Kunsill Malti għall-Arti, l-entità mhux governattiva LGBTI+ Gozo, ir-rivista universitarja Think u l-għaqda studenteska l-Għaqda tal-Malti – Università.

Il-pubblikaturi flimkien mal-bejjiegħa tal-kotba se joffru lill-pubbliku firxa wiesgħa ta’ kotba, bgħażliet lokali u lil hinn, u b’għarfien tajjeb li jippermetti pariri siewja lill-qarrejja. Il-qarrejja se jkollhom fiex jitfixklu fil-ġid, bgħażla ta’ kwalunkwe forma letterarja, minn rumanzi għal novelli, poeżiji, drammi, bijografiji, storjografiji u xogħlijiet ta’ natura akkademika.

Din l-għaxar edizzjoni ta’ Kampus Kotba se tiċċelebra primarjament lir-rebbieħa tal-aħħar Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u għalhekk se jittellgħu diversi attivitajiet mal-awturi rebbieħa. Tyrone Grima li r-rumanz tiegħu Frammenti rebaħ l-premju nazzjonali fil-kategorija tiegħu, se jiġi ntervistat minn Colin Fitz bil-presenza ta’ Noah Fabri; u d-drammaturgu Alfred Buttigieg, li d-dramm tiegħu ppubblikat L-Interrogazzjoni rebaħ il-kategorija tiegħu tal-istess premju ser jiġi ntervistat mid-direttur artistiku ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar.

Il-Kunsill Malti għall-Arti, ir-rivista Think u l-Għaqda tal-Malti – Università li se jkunu  fost il-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba, se jikkontribwixxu wkoll permezz taattivitajiet diversi.

L-attivitajiet imtellgħa se jimirħu wkoll lejn temi jaħarqu bħaċ-ChatGPT u r-realtijiet tal-persuni LGBTIQ fGħawdex. Se jittella’ wkoll workshop ta illustrazzjoni mill-Kunsill Malti għall-Arti u ieħor ta’ kitba għall-adolexxenti minn Leanne Ellul, li hija waħda mir-rebbieħa passati tal-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ li qed jerġa jittella’ mill-KNK flimkien maAġenzija Żgħażagħ. Minbarra fil-workshops, il-pubbliku jistajipparteċipa bi sħiħ permezz tal-Palk Ħieles, il-Poetry Slam u l-Islanders’ Book Club li se jiddiskuti r-rumanz Castillo, bil-parteċipazzjoni tal-awtriċi nfisha.

Il-programm jistajiġi aċċessat minn hawnhekk.

Id-dħul għal Kampus Kotba – Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa bxejn, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis mid-9am sal-4pm, u l-Ġimgħa mid-9am sas-7pm. Segwi l-paġna FB tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus u l-paġna tal-avvenimenti Kampus Kotba għal aktar dettalji.


Share Article