Home / News / Ara min huma l-esebituri tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 back to news Ara min huma l-esebituri tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Inizjattivi • Other 7th March, 2023 Kampus Kotba – il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023, se jittella’ bejn l-Erbgħa 22 u l-Ġimgħa 24 ta’ Marzu. Din l-edizzjoni se tkun l-għaxar waħda u fiha se jieħdu sehem diversi pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba, kif ukoll diversi dipartimenti tal-Università, u għaqdiet studenteski. Waqt li dan il-festival huwa mmirat lejn studenti universitarji u studenti f’kulleġġi postsekondarji, u ser jittella’ fil-qalba tal-Università – f’tinda ta’ 240 metru kwadru fil-kwadranglu, dan huwa festival għal kulħadd. L-edizzjoni ta’ dis-sena se terġa tilqa’ numru ta’ eżibituri u organizzazzjonijiet mis-snin ta’ qabel, sabiex tkompli ssaħħaħ kollaborazzjonijiet storiċi, filwaqt li se tilqa’ esebituri ġodda. Ede Books u Kixott, Faraxa Publishing, Horizons, Kite Group, Klabb Kotba Maltin/Midsea Books u SKS ser ikunu l-pubblikaturi preżenti, flimkien mal-bejjiegħa tal-kotba Mallia & D’Amato Bookshelf Curators, il-Kunsill Malti għall-Arti, l-entità mhux governattiva LGBTI+ Gozo, ir-rivista universitarja Think u l-għaqda studenteska l-Għaqda tal-Malti – Università. Il-pubblikaturi flimkien mal-bejjiegħa tal-kotba se joffru lill-pubbliku firxa wiesgħa ta’ kotba, b’għażliet lokali u lil hinn, u b’għarfien tajjeb li jippermetti pariri siewja lill-qarrejja. Il-qarrejja se jkollhom fiex jitfixklu fil-ġid, b’għażla ta’ kwalunkwe forma letterarja, minn rumanzi għal novelli, poeżiji, drammi, bijografiji, storjografiji u xogħlijiet ta’ natura akkademika. Din l-għaxar edizzjoni ta’ Kampus Kotba se tiċċelebra primarjament lir-rebbieħa tal-aħħar Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u għalhekk se jittellgħu diversi attivitajiet mal-awturi rebbieħa. Tyrone Grima li r-rumanz tiegħu Frammenti rebaħ l-premju nazzjonali fil-kategorija tiegħu, se jiġi ntervistat minn Colin Fitz bil-presenza ta’ Noah Fabri; u d-drammaturgu Alfred Buttigieg, li d-dramm tiegħu ppubblikat L-Interrogazzjoni rebaħ il-kategorija tiegħu tal-istess premju ser jiġi ntervistat mid-direttur artistiku ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar. Il-Kunsill Malti għall-Arti, ir-rivista Think u l-Għaqda tal-Malti – Università li se jkunu fost il-pubblikaturi u l-bejjiegħa tal-kotba, se jikkontribwixxu wkoll permezz ta’ attivitajiet diversi. L-attivitajiet imtellgħa se jimirħu wkoll lejn temi jaħarqu bħaċ-ChatGPT u r-realtijiet tal-persuni LGBTIQ f’Għawdex. Se jittella’ wkoll workshop ta‘ illustrazzjoni mill-Kunsill Malti għall-Arti u ieħor ta’ kitba għall-adolexxenti minn Leanne Ellul, li hija waħda mir-rebbieħa passati tal-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ li qed jerġa’ jittella’ mill-KNK flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ. Minbarra fil-workshops, il-pubbliku jista’ jipparteċipa bi sħiħ permezz tal-Palk Ħieles, il-Poetry Slam u l-Islanders’ Book Club li se jiddiskuti r-rumanz Castillo, bil-parteċipazzjoni tal-awtriċi nfisha. Il-programm jista’ jiġi aċċessat minn hawnhekk. Id-dħul għal Kampus Kotba – Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa b’xejn, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis mid-9am sal-4pm, u l-Ġimgħa mid-9am sas-7pm. Segwi l-paġna FB tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus u l-paġna tal-avvenimenti Kampus Kotba għal aktar dettalji. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More