17101454_10211659184292321_1599694589_o

Matthew Schembri

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2016 huma Antoinette Borg bil-manuskritt tagħha Żejt fil-Wiċċ u Matthew Schembri bil-manuskritt Stessi. Antoinette Borg hija l-kittieba ta’ Fittixni (Merlin 2016) waqt li Matthew Schembri kien wieħed mill-parteċipanti fl-attività Taħżiż imtella’ mill-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università.

Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu, 2017 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Ir-rebbieħa tal-konkors tas-sena ta’ qabel – Rita Saliba b’ Il-Kulur tal-Lellux u Roberta Bajada b’Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw – ġew onorati bil-preżentazzjoni tal-kotba tagħhom mill-pubblikaturi li ntgħażlu sabiex jippublikaw dawn ix-xogħolijiet.

Photo AB

Antoinette Borg

Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Huwa konkors miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’dak il-perjodu ta’ ħajjithom. Żewġ rebbieħa jintagħżlu għal kull edizzjoni tal-konkors u xogħlhom jiġi ippubblikat.

 

 

 

Għal aktar informazzjoni żur:

Is-sit tal-KNK: https://ktieb.org.mt/?page_id=144&lang=mt

 

Is-sit ta’ Aġenzija Żgħażagħ: http://www.agenzijazghazagh.gov.mt/News/580/

 

 

 

 

 


Share Article