Home / News / Ħarġu ir-Riżultati tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2016 back to news Ħarġu ir-Riżultati tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2016 Other 6th March, 2017 Matthew Schembri L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2016 huma Antoinette Borg bil-manuskritt tagħha Żejt fil-Wiċċ u Matthew Schembri bil-manuskritt Stessi. Antoinette Borg hija l-kittieba ta’ Fittixni (Merlin 2016) waqt li Matthew Schembri kien wieħed mill-parteċipanti fl-attività Taħżiż imtella’ mill-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu, 2017 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Ir-rebbieħa tal-konkors tas-sena ta’ qabel – Rita Saliba b’ Il-Kulur tal-Lellux u Roberta Bajada b’Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw – ġew onorati bil-preżentazzjoni tal-kotba tagħhom mill-pubblikaturi li ntgħażlu sabiex jippublikaw dawn ix-xogħolijiet. Antoinette Borg Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Huwa konkors miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’dak il-perjodu ta’ ħajjithom. Żewġ rebbieħa jintagħżlu għal kull edizzjoni tal-konkors u xogħlhom jiġi ippubblikat. Għal aktar informazzjoni żur: Is-sit tal-KNK: https://ktieb.org.mt/?page_id=144&lang=mt Is-sit ta’ Aġenzija Żgħażagħ: https://www.agenzijazghazagh.gov.mt/News/580/ SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More