Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar id-dati tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, magħruf ukoll bħala Kampus Kotba, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 20 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta.

Lill-ħabbieba kollha tal-kotba!

Il-powster uffiċjali tal-edizzjoni ta’ dis-sena sar mid-disinjatriċi grafika Sarah Cachia Falzon. Segwi dahar il-kotba biex tikseb informazzjoni ewlenija dwar dan l-avveniment!

Titilfux iċ-ċans li żżuru Kampus Kotba, li jsir b’ħidma kollaborattiva bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, għaqdiet studenteski u dipartimenti universitarji.

Se ssibu dak li tistennew minn festival tal-kotba: l-aqwa pubblikaturi lokali taħt saqaf wieħed, kotba ġodda ta’ ġeneri differenti, u programm ta’ attivitajiet intriganti. Ħallu l-eċitament tal-letteratura jterraqkom tul dawn it-tlitt ijiem!

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis bejn id-9am u l-4pm, u l-Ġimgħa bejn id-9am u s-7pm. Ibqgħu segwu dil-paġna għall-programm tal-attivitajiet!

Għal aktar dettalji żuru www.ktieb.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook tal-KNK jew il-paġna ta’ Facebook ta’ Kampus Kotba 2024.


Share Article