Home / News / Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Jitħabbru d-dati u l-powster uffiċjali Back to News Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Jitħabbru d-dati u l-powster uffiċjali Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 26th January, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar id-dati tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, magħruf ukoll bħala Kampus Kotba, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 20 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta. Lill-ħabbieba kollha tal-kotba! Il-powster uffiċjali tal-edizzjoni ta’ dis-sena sar mid-disinjatriċi grafika Sarah Cachia Falzon. Segwi dahar il-kotba biex tikseb informazzjoni ewlenija dwar dan l-avveniment! Titilfux iċ-ċans li żżuru Kampus Kotba, li jsir b’ħidma kollaborattiva bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, għaqdiet studenteski u dipartimenti universitarji. Se ssibu dak li tistennew minn festival tal-kotba: l-aqwa pubblikaturi lokali taħt saqaf wieħed, kotba ġodda ta’ ġeneri differenti, u programm ta’ attivitajiet intriganti. Ħallu l-eċitament tal-letteratura jterraqkom tul dawn it-tlitt ijiem! Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis bejn id-9am u l-4pm, u l-Ġimgħa bejn id-9am u s-7pm. Ibqgħu segwu dil-paġna għall-programm tal-attivitajiet! Għal aktar dettalji żuru www.ktieb.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook tal-KNK jew il-paġna ta’ Facebook ta’ Kampus Kotba 2024. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More