B’diqa kbira l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja tal-pubblikatur u fotografu Zvezdan Reljić. Huwa kien il-fundatur u d-direttur tad-dar tal-publikazzjoni Ede Books, magħrufa għall-pubblikazzjonijiet u formati innovattivi, u li ppubbblikat għadd ta’ rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, fosthom ir-rumanz riċenti ta’ Loranne Vella, Marta Marta (2022).

L-interess u s-snin twal ta’ esperjenza ta’ Reljić fil-fotografija, l-istampar, u l-pubblikazzjoni ltaqgħu fil-proġett u l-ktieb Wiċċna (2018), li jiġbor fih aktar minn 220 ritratt ta’ residenti Maltin stampati bl-idejn, u riflessjonijiet estetiċi u letterarji dwar l-identità, il-fisjonomija u l-fotografija.

F’dawn l-aħħar snin kien ukoll fundatur tal-koperattiva Kixott, li tilqa’ fiha ħanut tal-kotba u spazju kulturali għal attivitajiet letterarji u mill-qasam artistiku.

Iben Reljić, Teodor, huwa impjegat tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Nibagħtu l-għomor lill-familja u l-qrabat f’dawn iż-żminijiet diffiċli.


Share Article