Home / News / Il-KNK isellem il-memorja tal-pubblikatur Zvezdan Reljić Back to News Il-KNK isellem il-memorja tal-pubblikatur Zvezdan Reljić Other 22nd December, 2023 B’diqa kbira l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja tal-pubblikatur u fotografu Zvezdan Reljić. Huwa kien il-fundatur u d-direttur tad-dar tal-publikazzjoni Ede Books, magħrufa għall-pubblikazzjonijiet u formati innovattivi, u li ppubbblikat għadd ta’ rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, fosthom ir-rumanz riċenti ta’ Loranne Vella, Marta Marta (2022). L-interess u s-snin twal ta’ esperjenza ta’ Reljić fil-fotografija, l-istampar, u l-pubblikazzjoni ltaqgħu fil-proġett u l-ktieb Wiċċna (2018), li jiġbor fih aktar minn 220 ritratt ta’ residenti Maltin stampati bl-idejn, u riflessjonijiet estetiċi u letterarji dwar l-identità, il-fisjonomija u l-fotografija. F’dawn l-aħħar snin kien ukoll fundatur tal-koperattiva Kixott, li tilqa’ fiha ħanut tal-kotba u spazju kulturali għal attivitajiet letterarji u mill-qasam artistiku. Iben Reljić, Teodor, huwa impjegat tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Nibagħtu l-għomor lill-familja u l-qrabat f’dawn iż-żminijiet diffiċli. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More