Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, entità pubblika ddedikata li tħares il-ħtiġijiet tal-industrija tal-ktieb Malti, bi pjaċir iħabbar il-ħatra ta’ 5 membri ġodda fil-Bord tiegħu. Dal-membri ġodda se jikkontribwixxu bis-saħħa tal-għarfien speċjalizzat tagħhom, tal-perspettivi differenti, u tal-passjoni komuni li għandhom għad-dinja tal-kotba.

Il-Kunsill huwa mmexxi minn Bord mhux eżekuttiv ta’ disa’ membri nnominati mill-Ministru għall-Edukazzjoni u maħtura mill-Prim Ministru għal perjodu ta’ tliet snin. Il-membri tal-Bord jistgħu jinħatru mill-ġdid wara li jiskadi t-terminu.

Il-membri l-ġodda huma l-awtriċi Dr Sandra Hili Vassallo, il-pubblikatur ta’ Faraxa Publications, is-Sa Joanne Micallef, il-Maniġer ta’ Heritage Malta Publications, is-Sur Godwin Vella, il-poeta u edukatur Dr Omar Seguna, u l-awtur u lettur Dr David Aloisio, dan tal-aħħar appuntat bħala Deputat Chairperson.

Il-Bord reġa’ beda l-laqgħat regolari tiegħu nhar it-Tlieta 5 ta’ Marzu biex jiddiskuti l-ħidma tal-Kunsill għal din is-sena u l-istrateġija għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħares bil-ħerqa lejn il-frott tal-isforzi kollaborattivi tal-membri l-ġodda ma’ dawk eżistenti, sabiex ikun żgurat li s-suq tal-pubblikazzjonijiet Maltin jibqa’ forma vibranti tal-espressjoni kulturali u edukattiva.

Il-Membri tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma:

Kap Eżekuttiv

Mr Mark Camilleri

Segretarju tal-Bord

Mr Matthew Borg

Deputat Chairperson

Dr David Aloisio

Membri oħra

Sa Daniela Attard Bezzina

Dr Maria Brown

Dr Sandra Hili Vassallo

Sa Joanne Micallef

Dr Omar Seguna

Mr Godwin Vella


Share Article