Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord tiegħu Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord tiegħu Other 6th March, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, entità pubblika ddedikata li tħares il-ħtiġijiet tal-industrija tal-ktieb Malti, bi pjaċir iħabbar il-ħatra ta’ 5 membri ġodda fil-Bord tiegħu. Dal-membri ġodda se jikkontribwixxu bis-saħħa tal-għarfien speċjalizzat tagħhom, tal-perspettivi differenti, u tal-passjoni komuni li għandhom għad-dinja tal-kotba. Il-Kunsill huwa mmexxi minn Bord mhux eżekuttiv ta’ disa’ membri nnominati mill-Ministru għall-Edukazzjoni u maħtura mill-Prim Ministru għal perjodu ta’ tliet snin. Il-membri tal-Bord jistgħu jinħatru mill-ġdid wara li jiskadi t-terminu. Il-membri l-ġodda huma l-awtriċi Dr Sandra Hili Vassallo, il-pubblikatur ta’ Faraxa Publications, is-Sa Joanne Micallef, il-Maniġer ta’ Heritage Malta Publications, is-Sur Godwin Vella, il-poeta u edukatur Dr Omar Seguna, u l-awtur u lettur Dr David Aloisio, dan tal-aħħar appuntat bħala Deputat Chairperson. Il-Bord reġa’ beda l-laqgħat regolari tiegħu nhar it-Tlieta 5 ta’ Marzu biex jiddiskuti l-ħidma tal-Kunsill għal din is-sena u l-istrateġija għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħares bil-ħerqa lejn il-frott tal-isforzi kollaborattivi tal-membri l-ġodda ma’ dawk eżistenti, sabiex ikun żgurat li s-suq tal-pubblikazzjonijiet Maltin jibqa’ forma vibranti tal-espressjoni kulturali u edukattiva. Il-Membri tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma: Kap Eżekuttiv Mr Mark Camilleri Segretarju tal-Bord Mr Matthew Borg Deputat Chairperson Dr David Aloisio Membri oħra Sa Daniela Attard Bezzina Dr Maria Brown Dr Sandra Hili Vassallo Sa Joanne Micallef Dr Omar Seguna Mr Godwin Vella SHARE POST Related Articles Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More