Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 għall-kotba ppubblikati fl-2019.

Il-lista tal-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Terramaxka 2020 tintgħażel minn bord tal-aġġudikazzjoni indipendenti u sservi bħala gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Il-kotba finalisti jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-kotba kollha, mis-siti tal-pubblikaturi fuq l-internet u mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li se jsir mill-11-15 ta’ Novembru f’Dar ilMediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.

Minn total ta’ 182 sottomissjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 intgħażlu 68 ktieb finalist; 44 fid-disa’ kategoriji għall-kotba għall-adulti u 24 għall-Premju Terramaxka. Minn din is-sena, il-pubblikazzjonijiet ta’ poeżija qed jiġu kkunsidrati għal premji f’żewġ kategoriji distinti, għall-Poeżija bl-Ingliż u għall-Poeżija bil-Malti, li jikkorrispondu mal-lingwa li fiha nkitbu l-ġabriet.

Il-kategoriji għar-Riċerka Ġenerali u r-Riċerka Bijografika u Storjografika għandhom l-akbar numru ta’ kotba finalisti, bi ħdax-il titlu f’kull kategorija li jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti tal-Melitensja. Il-kategorija tal-Premju Terramaxka għal Xogħlijiet Oriġinali għall-adolexxenti ta’ 13-16-il sena hija l-unika waħda li għaliha ma ntgħażlux kotba finalisti.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 u fis-16 ta’ Lulju l-aġġudikanti ressqu l-lista ta’ kotba finalisti. Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa f’kull kategorija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jitħabbru nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, filwaqt li r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 jitħabbru waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni aktar tard f’Diċembru.

Għal aktar aġġornamenti rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 segwi l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook u l-websajt fuq https://ktieb.org.mt/

 

Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020: kotba ppubblikati fl-2019

Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Echoes - Distant Voices: Distant LivesLou DrofenikHorizons
Papa AħmedJoe PaceMerlin Publishers
Il-Wiċċ l-IeħorĠorġ PeressoHorizons
O.B.E.Rita SalibaKlabb Kotba Maltin

 

Novelli bil-Malti u bl-Ingliż

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Għall-Glorja tal-Patrija!: Kapriċċi PatrijottiċiAleks FarrugiaSKS Publishers
L-Aqwa ŻmienImmanuel MifsudKlabb Kotba Maltin
Bejn BejnejnWalid NabhanKlabb Kotba Maltin
Ħal Maqtugħ u Kitbiet OħraJohn Spiteri GingellBDL Publishing
Mill-Bieb 'il ĠewwaLoranne VellaEde Books

 

Poeżija bil-Malti

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
TluqJohn AquilinaEdizzjoni Skarta
Fuq Kaxxa tal-Birra Rasha 'l IsfelMario CardonaHorizons
Ħlief Memorji u DellijietAndrew Debono CauchiKlabb Kotba Maltin
Bejn Baħar u BaħarElizabeth GrechMerlin Publishers
Madwar Sagħtejn u Nofs 'il Bogħod mill-ĠennaImmanuel MifsudKlabb Kotba Maltin

 

Poeżija bl-Ingliż

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Lethe: A Rhapsody of Life RememberedLouise VellaLouise Vella

 

Drama bil-Malti u bl-Ingliż

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
L-Ispettur Bonnici: It-TriloġijaMario Philip AzzopardiKlabb Kotba Maltin
Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Kollezzjoni t'Erba' Fares tal-Commedia dell'ArteNarcy Calamatta, Iggy Fenech (ed.)Narcy Calamatta
Żewġ Drammi: Appuntamenti/Repubblika ImmakulataSimone SpiteriSimone Spiteri

 

Letteratura Mhux Fittizja

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia?Carlo Bonini, Manuel Delia, John SweeneyMidsea Books Ltd.
TessieGiola Cassar, Glen CallejaAngela 'Giola' Cassar
Fittxu l-Ewwel is-SaltnaAndrew GaleaĊAK - Religjon u Ħajja

 

Traduzzjoni

Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur/Editur // Translator/EditorPubblikatur // Publisher
Mix-Xaqliba ta' Dar Swann: Imħabba ta' SwannPaul Zahra (trans.)Paul Zahra

 

Riċerka ta’ Natura Ġenerali

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Maltese Lace: History and Mystery: Four Centuries of Bizzilla Consiglia AzzopardiKite Group
Iċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata: Storja, Arti, PersonalitajietEman BonniciHeritage Malta Publishing
Navigating the Maltese Mediascape Joe Borg, Mary Anne LauriKite Group
Dizzjunarju ta' Termini Nawtiċi u Tagħrif Ieħor Marittimu LokaliJoseph CaruanaBDL Publishing
The Joannes Gennadius Maltese Treasure Trove in Athens Arnold CassolaMalta University Press
A Passage to Malta: The Health and Wellbeing of Foreign Children in Malta Carmel Cefai, Moemi Keresztes, Natalie Galea Rachel SpiteriCommissioner for Children, Malta
Salt Pans in Malta Pauline DingliSKS Publishers
The Examined Life: Writings in Honour of Guido Lanfranco Mark-Anthony Falzon (ed.)Midsea Books Ltd.
Maltese Archives... My ChoiceCharles J. FarrugiaMiller Distributors Ltd.
Quest for the Maltese Żaqq: A Lost Piping Tradition Karl PartridgeMidsea Books Ltd., National Archives of Malta
Examining an Examination Doreen SpiteriMerlin Publishers

 

Riċerka Bijografika u Storjografika

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Il-Kanonku Fortunato Panzavecchia 1797-1850: Raġel ta' Kultura u Qaddej tal-Patrija David Agius-MuscatHorizons
Lord Strickland: Plots and Intrigue in Colonial Malta Victor AquilinaKite Group
Fuq il-Passi ta' VassalliJoseph P. BorgKlabb Kotba Maltin, L-Akkademja tal-Malti
Philip Calleja: Għex għall-Bniedem Maqlugħ minn Għeruqu Charles ButtigiegKlabb Kotba Maltin
Pioneers of Modern Art in Malta Vol. 2Joseph Paul CassarHeritage Malta Publishing
Buttons Parade: Military and Civilian Uniform Buttons in Malta Denis Darmanin, George CassarKite Group
Ir-Redentur: History, Art and Cult of the Miraculous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea, Malta Jonathan Farrugia (ed.)Midsea Books, Senglea Collegiate Chapter
Knights at Sea: The Caravan Diaries Thomas FrellerMidsea Books Ltd.
The Sette Giugno in Maltese History 1919-2019 Henry FrendoMidsea Books Ltd.
The Unreality of Realism: An Insular Perspective on the Development of Modern Art Giuseppe Schembri-BonaciHorizons
Metal and Silence: The Quest for Daringness and Authenticity in the Arts Giuseppe Schembri-BonaciHorizons

 

Il-finalisti tal-Premju Terramaxka 2020: kotba ppubblikati fl-2019

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 0-7)

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Tikka Poeżija għall-1 u t-2 sena Clare AzzopardiMerlin Publishers
Il-Lukanda ta' Martina Antoinette BorgMerlin Publishers
Mikelin Sandra Hili VassalloMerlin Publishers

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12)

Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher
Arlekkin Isfar Roberta BajadaMerlin Publishers
Nicky Farrugia: Ir-Raġel tal-Ħadid (Tikka Qari L13) Antoinette BorgMerlin Publishers
Id-Dar ta' Faċċata Carmel BorgMerlin Publishers
Irvin Vella Investigatur Virtwali (4): Il-Każ Stella Maris John A. BonelloMerlin Publishers
L-Istorja ta' Seb it-Tieni (u ta' Seb l-Ewwel ukoll) (Tikka Qari L12) Leanne EllulMerlin Publishers
Noè u l-Iskojjattlu Bla Kwiet Leanne Ellul, Stephanie BugejaMerlin Publishers
Qabża f'Dinja Oħra mill-Klassi ta' Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini Audrey FriggieriMerlin Publishers
In-Nanna Se u l-Falkun taż-Żewġt IrjusKenneth GauciBDL Publishing
In-Nanna Se u Trullu TrulluKenneth GauciBDL Publishing

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba Għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16)

Ma hemmx kotba finalisti f’din il-kategorija.

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 0-7)

Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur/Editur // Translator/EditorPubblikatur // Publisher
Ottu Ma Jridx JikberClare Azzopardi (trans.)Merlin Publishers
Busy Skola Mimlija TħabrikJoanne Micallef, Toni Aquilina (trans.)Faraxa Publishing
Busy Trakter Ħabrieki Joanne Micallef, Toni Aquilina (trans.)Faraxa Publishing
Busy Żu Mimli Tħabrik Joanne Micallef, Toni Aquilina (trans.)Faraxa Publishing

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 8-12)

Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur/Editur // Translator/EditorPubblikatur // Publisher
Iċ-Ċkejken Prinċep Clare Azzopardi (trans.)Merlin Publishers
Meta Mmur għand Sieħbi Carlos Clare Azzopardi (trans.)Merlin Publishers
Vjola Ddur id-DinjaBrian Buhagiar (trans.)Merlin Publishers
Sherlock, Lupin u Jien 1: Is-Sinjura s-SewdaDwayne Ellul (trans.)Merlin Publishers
Sherlock, Lupin u Jien 2: L-Aħħar Att fit-Teatru tal-Opra Dwayne Ellul (trans.)Merlin Publishers
L-Ispettaklu Stupend Żanżan KelmaLeanne Ellul, Clare Azzopardi (trans.)Merlin Publishers
Milied Imħawwad Gorg Mallia (trans.)Merlin Publishers

 

Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 13-16)

Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur/Editur // Translator/EditorPubblikatur // Publisher
Żero John A. Bonello (trans.)Merlin Publishers

    Share Article