Home / News / Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2020 – Il-finalisti back to news Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2020 – Il-finalisti Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 20th July, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 għall-kotba ppubblikati fl-2019. Il-lista tal-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Terramaxka 2020 tintgħażel minn bord tal-aġġudikazzjoni indipendenti u sservi bħala gwida għall-aħjar kotba ppubblikati f’Malta matul is-sena ta’ qabel. Il-kotba finalisti jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-kotba kollha, mis-siti tal-pubblikaturi fuq l-internet u mill-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, li se jsir mill-11-15 ta’ Novembru f’Dar il–Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta. Minn total ta’ 182 sottomissjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 intgħażlu 68 ktieb finalist; 44 fid-disa’ kategoriji għall-kotba għall-adulti u 24 għall-Premju Terramaxka. Minn din is-sena, il-pubblikazzjonijiet ta’ poeżija qed jiġu kkunsidrati għal premji f’żewġ kategoriji distinti, għall-Poeżija bl-Ingliż u għall-Poeżija bil-Malti, li jikkorrispondu mal-lingwa li fiha nkitbu l-ġabriet. Il-kategoriji għar-Riċerka Ġenerali u r-Riċerka Bijografika u Storjografika għandhom l-akbar numru ta’ kotba finalisti, bi ħdax-il titlu f’kull kategorija li jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti tal-Melitensja. Il-kategorija tal-Premju Terramaxka għal Xogħlijiet Oriġinali għall-adolexxenti ta’ 13-16-il sena hija l-unika waħda li għaliha ma ntgħażlux kotba finalisti. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l-lista sħiħa ta’ sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 u fis-16 ta’ Lulju l-aġġudikanti ressqu l-lista ta’ kotba finalisti. Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa f’kull kategorija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka. Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jitħabbru nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, filwaqt li r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 jitħabbru waqt ċerimonja ta’ premjazzjoni aktar tard f’Diċembru. Għal aktar aġġornamenti rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2020 segwi l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook u l-websajt fuq https://ktieb.org.mt/ Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020: kotba ppubblikati fl-2019 Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Echoes - Distant Voices: Distant LivesLou DrofenikHorizons Papa AħmedJoe PaceMerlin Publishers Il-Wiċċ l-IeħorĠorġ PeressoHorizons O.B.E.Rita SalibaKlabb Kotba Maltin Novelli bil-Malti u bl-Ingliż Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Għall-Glorja tal-Patrija!: Kapriċċi PatrijottiċiAleks FarrugiaSKS Publishers L-Aqwa ŻmienImmanuel MifsudKlabb Kotba Maltin Bejn BejnejnWalid NabhanKlabb Kotba Maltin Ħal Maqtugħ u Kitbiet OħraJohn Spiteri GingellBDL Publishing Mill-Bieb 'il ĠewwaLoranne VellaEde Books Poeżija bil-Malti Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher TluqJohn AquilinaEdizzjoni Skarta Fuq Kaxxa tal-Birra Rasha 'l IsfelMario CardonaHorizons Ħlief Memorji u DellijietAndrew Debono CauchiKlabb Kotba Maltin Bejn Baħar u BaħarElizabeth GrechMerlin Publishers Madwar Sagħtejn u Nofs 'il Bogħod mill-ĠennaImmanuel MifsudKlabb Kotba Maltin Poeżija bl-Ingliż Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Lethe: A Rhapsody of Life RememberedLouise VellaLouise Vella Drama bil-Malti u bl-Ingliż Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher L-Ispettur Bonnici: It-TriloġijaMario Philip AzzopardiKlabb Kotba Maltin Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Kollezzjoni t'Erba' Fares tal-Commedia dell'ArteNarcy Calamatta, Iggy Fenech (ed.)Narcy Calamatta Żewġ Drammi: Appuntamenti/Repubblika ImmakulataSimone SpiteriSimone Spiteri Letteratura Mhux Fittizja Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia?Carlo Bonini, Manuel Delia, John SweeneyMidsea Books Ltd. TessieGiola Cassar, Glen CallejaAngela 'Giola' Cassar Fittxu l-Ewwel is-SaltnaAndrew GaleaĊAK - Religjon u Ħajja Traduzzjoni Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur/Editur // Translator/EditorPubblikatur // Publisher Mix-Xaqliba ta' Dar Swann: Imħabba ta' SwannPaul Zahra (trans.)Paul Zahra Riċerka ta’ Natura Ġenerali Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Maltese Lace: History and Mystery: Four Centuries of Bizzilla Consiglia AzzopardiKite Group Iċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata: Storja, Arti, PersonalitajietEman BonniciHeritage Malta Publishing Navigating the Maltese Mediascape Joe Borg, Mary Anne LauriKite Group Dizzjunarju ta' Termini Nawtiċi u Tagħrif Ieħor Marittimu LokaliJoseph CaruanaBDL Publishing The Joannes Gennadius Maltese Treasure Trove in Athens Arnold CassolaMalta University Press A Passage to Malta: The Health and Wellbeing of Foreign Children in Malta Carmel Cefai, Moemi Keresztes, Natalie Galea Rachel SpiteriCommissioner for Children, Malta Salt Pans in Malta Pauline DingliSKS Publishers The Examined Life: Writings in Honour of Guido Lanfranco Mark-Anthony Falzon (ed.)Midsea Books Ltd. Maltese Archives... My ChoiceCharles J. FarrugiaMiller Distributors Ltd. Quest for the Maltese Żaqq: A Lost Piping Tradition Karl PartridgeMidsea Books Ltd., National Archives of Malta Examining an Examination Doreen SpiteriMerlin Publishers Riċerka Bijografika u Storjografika Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Il-Kanonku Fortunato Panzavecchia 1797-1850: Raġel ta' Kultura u Qaddej tal-Patrija David Agius-MuscatHorizons Lord Strickland: Plots and Intrigue in Colonial Malta Victor AquilinaKite Group Fuq il-Passi ta' VassalliJoseph P. BorgKlabb Kotba Maltin, L-Akkademja tal-Malti Philip Calleja: Għex għall-Bniedem Maqlugħ minn Għeruqu Charles ButtigiegKlabb Kotba Maltin Pioneers of Modern Art in Malta Vol. 2Joseph Paul CassarHeritage Malta Publishing Buttons Parade: Military and Civilian Uniform Buttons in Malta Denis Darmanin, George CassarKite Group Ir-Redentur: History, Art and Cult of the Miraculous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea, Malta Jonathan Farrugia (ed.)Midsea Books, Senglea Collegiate Chapter Knights at Sea: The Caravan Diaries Thomas FrellerMidsea Books Ltd. The Sette Giugno in Maltese History 1919-2019 Henry FrendoMidsea Books Ltd. The Unreality of Realism: An Insular Perspective on the Development of Modern Art Giuseppe Schembri-BonaciHorizons Metal and Silence: The Quest for Daringness and Authenticity in the Arts Giuseppe Schembri-BonaciHorizons Il-finalisti tal-Premju Terramaxka 2020: kotba ppubblikati fl-2019 Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 0-7) Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Tikka Poeżija għall-1 u t-2 sena Clare AzzopardiMerlin Publishers Il-Lukanda ta' Martina Antoinette BorgMerlin Publishers Mikelin Sandra Hili VassalloMerlin Publishers Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12) Titlu tal-ktieb // Title of bookAwtur/Editur // Author/EditorPubblikatur // Publisher Arlekkin Isfar Roberta BajadaMerlin Publishers Nicky Farrugia: Ir-Raġel tal-Ħadid (Tikka Qari L13) Antoinette BorgMerlin Publishers Id-Dar ta' Faċċata Carmel BorgMerlin Publishers Irvin Vella Investigatur Virtwali (4): Il-Każ Stella Maris John A. BonelloMerlin Publishers L-Istorja ta' Seb it-Tieni (u ta' Seb l-Ewwel ukoll) (Tikka Qari L12) Leanne EllulMerlin Publishers Noè u l-Iskojjattlu Bla Kwiet Leanne Ellul, Stephanie BugejaMerlin Publishers Qabża f'Dinja Oħra mill-Klassi ta' Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini Audrey FriggieriMerlin Publishers In-Nanna Se u l-Falkun taż-Żewġt IrjusKenneth GauciBDL Publishing In-Nanna Se u Trullu TrulluKenneth GauciBDL Publishing Xogħlijiet Oriġinali: Kotba Għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16) Ma hemmx kotba finalisti f’din il-kategorija. Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 0-7) Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur/Editur // Translator/EditorPubblikatur // Publisher Ottu Ma Jridx JikberClare Azzopardi (trans.)Merlin Publishers Busy Skola Mimlija TħabrikJoanne Micallef, Toni Aquilina (trans.)Faraxa Publishing Busy Trakter Ħabrieki Joanne Micallef, Toni Aquilina (trans.)Faraxa Publishing Busy Żu Mimli Tħabrik Joanne Micallef, Toni Aquilina (trans.)Faraxa Publishing Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 8-12) Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur/Editur // Translator/EditorPubblikatur // Publisher Iċ-Ċkejken Prinċep Clare Azzopardi (trans.)Merlin Publishers Meta Mmur għand Sieħbi Carlos Clare Azzopardi (trans.)Merlin Publishers Vjola Ddur id-DinjaBrian Buhagiar (trans.)Merlin Publishers Sherlock, Lupin u Jien 1: Is-Sinjura s-SewdaDwayne Ellul (trans.)Merlin Publishers Sherlock, Lupin u Jien 2: L-Aħħar Att fit-Teatru tal-Opra Dwayne Ellul (trans.)Merlin Publishers L-Ispettaklu Stupend Żanżan KelmaLeanne Ellul, Clare Azzopardi (trans.)Merlin Publishers Milied Imħawwad Gorg Mallia (trans.)Merlin Publishers Kotba Maqlubin Għall-Malti (Etajiet 13-16) Titlu tal-ktieb // Title of bookTraduttur/Editur // Translator/EditorPubblikatur // Publisher Żero John A. Bonello (trans.)Merlin Publishers [add_posts category=book-prize-en show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More