Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza flimkien mal-Iskola Sekondarja San Mikiel (Santa Venera), żewġ sessjonijiet ta’ laqgħat bejn studenti u l-kittieba Leanne Ellul u Walid Nabhan. Nabhan u Ellul tkellmu fuq il-vjaġġ letterarju tagħhom u ħeġġew l-istudenti biex jaqraw u jħobbu il-kotba.

13022358_10209648432595603_1288933861_n 13059514_10209648437635729_1381636350_n13045387_10209648438435749_1219955864_n

 

Il-KNK ikkollabora ukoll ma’ Malta Libraries, Malta Libraries Council u għadd ta’ entitajiet oħra biex illum ser jittella programm ta’ attivitajiet varji f’għadd ta’ libreriji madwar Malta u Għawdex f’Libraries Day. It-tema magħżula għal din is-sena hija ‘Harnessing I.T. to Enhance the Library Experience’ u appuntu fil-Librerija Pubblika Ċentrali, għal din l-okkażjoni, ser jiġi varat uffiċċjalment il-Malta Libraries portal u s-Servizz tal-eBooks.

 

12983291_1212311718779737_4890430593172246331_o

 

Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għaddej bix-xogħol intensiv tas-soltu u ta’ matul s-sena, imma fl-istess ħin nixtiequ nieħdu l-opportunità li nħabbru li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena ser jiġi organizzat f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta mid-9 sat-13 ta’ Novembru.

Għal din is-sena, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jiġi organzizat bi programm kbir ta’ attivitajiet u b’mistiedna barranin. Dawk il-pubblikaturi, ħwienet tal-kotba u distributuri li jixtiequ jesebixxu fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għandhom jidħlu fis-sit tagħna www.ktieb.org.mt u minn hemm iniżżlu l-applikazzjoni.

Sadanitant, ma nistgħux nonqsu milli nħeġġu lil kullħadd biex jaqra, jixtri u jissellef aktar kotba!


Share Article