Home / News / Jum Dinji tal-Ktieb 2016 Back to News Jum Dinji tal-Ktieb 2016 Inizjattivi • Other 23rd April, 2016 Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza flimkien mal-Iskola Sekondarja San Mikiel (Santa Venera), żewġ sessjonijiet ta’ laqgħat bejn studenti u l-kittieba Leanne Ellul u Walid Nabhan. Nabhan u Ellul tkellmu fuq il-vjaġġ letterarju tagħhom u ħeġġew l-istudenti biex jaqraw u jħobbu il-kotba. Il-KNK ikkollabora ukoll ma’ Malta Libraries, Malta Libraries Council u għadd ta’ entitajiet oħra biex illum ser jittella programm ta’ attivitajiet varji f’għadd ta’ libreriji madwar Malta u Għawdex f’Libraries Day. It-tema magħżula għal din is-sena hija ‘Harnessing I.T. to Enhance the Library Experience’ u appuntu fil-Librerija Pubblika Ċentrali, għal din l-okkażjoni, ser jiġi varat uffiċċjalment il-Malta Libraries portal u s-Servizz tal-eBooks. Bħalissa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għaddej bix-xogħol intensiv tas-soltu u ta’ matul s-sena, imma fl-istess ħin nixtiequ nieħdu l-opportunità li nħabbru li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena ser jiġi organizzat f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta mid-9 sat-13 ta’ Novembru. Għal din is-sena, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ser jiġi organzizat bi programm kbir ta’ attivitajiet u b’mistiedna barranin. Dawk il-pubblikaturi, ħwienet tal-kotba u distributuri li jixtiequ jesebixxu fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għandhom jidħlu fis-sit tagħna www.ktieb.org.mt u minn hemm iniżżlu l-applikazzjoni. Sadanitant, ma nistgħux nonqsu milli nħeġġu lil kullħadd biex jaqra, jixtri u jissellef aktar kotba! SHARE POST Related Articles L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More Jitħabbru l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 News 25th August, 2026 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2026 Fondi 17th July, 2026 Read More Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More view all similar news
L-awtriċi rinomata Spanjola Esther García Llovet mistiedna speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 1st September, 2026 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Ġorġ Mallia, awtur u kartunist prolifiku, eks Kap tal-KNK News 19th August, 2026 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jġeddu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 4th August, 2026 Read More
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More