Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda Poeti Maltin qed jistiednu poeti sabiex jipparteċipaw fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Bountempo 2018. Dis-sena, tlett premijiet li jikkonsistu minn rigal ta’ flus se jiġu mgħotija lil tliet poeżiji f’kull waħda miż-żewġ kategoriji, poeżiji bil-Malti u poeżiji bl-Ingliż.

Għal kull waħda minn dal-kategoriji, l-parteċipanti qed jitħallew jissottomettu poeżija waħda mhux itwal minn 36 vers li għadha qatt ma ġiet ippublikata. Għandhom jintbagħtu tliet kopji fuq karta A4 ta’ kull poeżija sottomessa ffirmata biss b’nom de plume, waqt li f’invilopp separat issiġillat għandha tintbagħat l-applikazzjoni flimkien mal-isem tal-poeżija, n-nom de plume użat, indirizz postali, numru tat-telefon fiss u numru tat-telefon ċellulari u indirizz elettroniku. L-applikanti huma mitluba jibagħtu d-dokumenti kollha lil Għaqda Poeti Maltin, 25, “Tabor”, Triq il-Knisja, Ħal Lija – LJA 1031 sa mhux iktar tard minn nofsinhar l-24 t’Awwissu 2018.

Il-konkors ta’ dis-sena, li huwa t-tielet ta’ din is-serje, qed joffri tliet premji għal kull kategorija – 400 ewro għall-ewwel post, 200 ewro għat-tieni u 100 ewro għat-tielet. Ġurija ta’ tliet ġudikanti se tevalwa l-poeżiji. Għal skopijiet ta’ ġustizzja u trasparenza, l-użu tan-nom de plumes kif indikat hawn fuq se jkun enfurzat filwaqt li membri tal-Għaqda Poeti Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma skwalifikati milli jipparteċipaw. Lista sħiħa tar-regolamenti tista’ tinstab hawn. Membri tal-pubbliku interessati jipparteċipaw huma mħeġġa jaqraw ukoll il-kriterji li se jiġu applikati f’dal-konkors.

Dokumenti:

Regolamenti

Kriterji

Applikazzjoni


Share Article