Home / News / Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Amante Bountempo’ Back to News Konkors Nazzjonali tal-Poeżija ‘Amante Bountempo’ Other 2nd July, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda Poeti Maltin qed jistiednu poeti sabiex jipparteċipaw fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Bountempo 2018. Dis-sena, tlett premijiet li jikkonsistu minn rigal ta’ flus se jiġu mgħotija lil tliet poeżiji f’kull waħda miż-żewġ kategoriji, poeżiji bil-Malti u poeżiji bl-Ingliż. Għal kull waħda minn dal-kategoriji, l-parteċipanti qed jitħallew jissottomettu poeżija waħda mhux itwal minn 36 vers li għadha qatt ma ġiet ippublikata. Għandhom jintbagħtu tliet kopji fuq karta A4 ta’ kull poeżija sottomessa ffirmata biss b’nom de plume, waqt li f’invilopp separat issiġillat għandha tintbagħat l-applikazzjoni flimkien mal-isem tal-poeżija, n-nom de plume użat, indirizz postali, numru tat-telefon fiss u numru tat-telefon ċellulari u indirizz elettroniku. L-applikanti huma mitluba jibagħtu d-dokumenti kollha lil Għaqda Poeti Maltin, 25, “Tabor”, Triq il-Knisja, Ħal Lija – LJA 1031 sa mhux iktar tard minn nofsinhar l-24 t’Awwissu 2018. Il-konkors ta’ dis-sena, li huwa t-tielet ta’ din is-serje, qed joffri tliet premji għal kull kategorija – 400 ewro għall-ewwel post, 200 ewro għat-tieni u 100 ewro għat-tielet. Ġurija ta’ tliet ġudikanti se tevalwa l-poeżiji. Għal skopijiet ta’ ġustizzja u trasparenza, l-użu tan-nom de plumes kif indikat hawn fuq se jkun enfurzat filwaqt li membri tal-Għaqda Poeti Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huma skwalifikati milli jipparteċipaw. Lista sħiħa tar-regolamenti tista’ tinstab hawn. Membri tal-pubbliku interessati jipparteċipaw huma mħeġġa jaqraw ukoll il-kriterji li se jiġu applikati f’dal-konkors. Dokumenti: Regolamenti Kriterji Applikazzjoni SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More