Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016: Kotba 2015. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Parteċipanti flimkien ma’ mistiedna speċjali oħra kienu preżenti għas-serata u d-diskorsi uffiċċjali l-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri. Ingħataw ċertifikati lill-finalisti kollha f’kull kategorija flimkien mal-pubblikaturi tagħhom u r-rebbieħa f’kull kategorija ingħataw trofew, ċertifikat u premju ta’ €1000 kull wieħed.

Il-ġurija għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena kienet komposta minn: Prof. Clare Vassallo, is-Sur Mario Ellul, Prof. Victor Mallia Milanes, is-Sur Andre’ Vella Laurenti, s-Sur Caldon Mercieca, Dr. Josette Attard, is-Sa. Justin Somerville, is-Sa. Kristy Borg u s-Sa. Ruth Ancilleri. Is-Sa. Cheryl Falzon u s-Sa. Joanne Sciberras evalwaw il-kotba fil-kategoriji rispettivi.
Ir-Rebbieħa f’kull kategorija huma:

RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ
Alex Vella Gera għall-ktieb Trojan (Klabb Kotba Maltin)

 

NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ
Trevor Zahra għall-ktieb Vespri (Merlin Publishers)

 

POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ
Nadia Mifsud għall-ktieb Kantuniera ‘l Bogħod (Skarta)

 

TRADUZZJONI
Edmund Teuma għall-ktieb L-Iljieli Għarbin (BDL)

 

RIĊERKA TA’ NATURA ĠENERALI
Gerald Bugeja għall-ktieb Antonio Sciortino, The Lost Album (Kite Group)

 

RIĊERKA TA’ NATURA STORJOGRAFIKA
Keith Sciberras għall-ktieb Caravaggio to Mattia Preti: Baroque Painting in Malta (Midsea Books)

U

Paul George Pisani għall-ktieb The Battle of Lepanto: An Unpublished Hospitaller Account (Salesians of Don Bosco)

 

PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BL-ISBAĦ DEHRA GĦAS-SENA 2015
Birdlife Malta għall-ktieb History of Ornithology in Malta
NOMINA SPEĊJALI FIL-KATEGORIJA “POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ’
Victor Fenech għall-pubblikazzjoni Doreen Micallef: il-Poeżija, il-Konferenza  (L-Akkademja tal-Malti u Klabb Kotba Maltin)

 

PREMJU MOGĦTI LIL DIK IL-PERSUNA LI KISBET SUĊĊESS BIL-KITBA TAGĦHA BĦALA KITTIEBA EMERĠENTI
Leanne Ellul

 

PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA LI TAT KONTRIBUT SIEWI FIL-LETTERATURA JEW FIL-QASAM TAL-KTIEB
Mario Azzopardi

 

 

premju-nazzjonali-visuals-on-screen-2 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-3 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-4 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-5 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-6 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-7 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-8 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-9 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-10 premju-nazzjonali-visuals-on-screen-11

2340-16-17 2340-16-15 2340-16-14 2340-16-13 2340-16-12 2340-16-11 2340-16-7 2340-16-8 2340-16-9 2340-16-10 2340-16-6 2340-16-5 2340-16-4 2340-16-3 2340-16-1 2340-16-2


Share Article