Home / News / Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd December, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016: Kotba 2015. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Parteċipanti flimkien ma’ mistiedna speċjali oħra kienu preżenti għas-serata u d-diskorsi uffiċċjali l-Onor. Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri. Ingħataw ċertifikati lill-finalisti kollha f’kull kategorija flimkien mal-pubblikaturi tagħhom u r-rebbieħa f’kull kategorija ingħataw trofew, ċertifikat u premju ta’ €1000 kull wieħed. Il-ġurija għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena kienet komposta minn: Prof. Clare Vassallo, is-Sur Mario Ellul, Prof. Victor Mallia Milanes, is-Sur Andre’ Vella Laurenti, s-Sur Caldon Mercieca, Dr. Josette Attard, is-Sa. Justin Somerville, is-Sa. Kristy Borg u s-Sa. Ruth Ancilleri. Is-Sa. Cheryl Falzon u s-Sa. Joanne Sciberras evalwaw il-kotba fil-kategoriji rispettivi. Ir-Rebbieħa f’kull kategorija huma: RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Alex Vella Gera għall-ktieb Trojan (Klabb Kotba Maltin) NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Trevor Zahra għall-ktieb Vespri (Merlin Publishers) POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ Nadia Mifsud għall-ktieb Kantuniera ‘l Bogħod (Skarta) TRADUZZJONI Edmund Teuma għall-ktieb L-Iljieli Għarbin (BDL) RIĊERKA TA’ NATURA ĠENERALI Gerald Bugeja għall-ktieb Antonio Sciortino, The Lost Album (Kite Group) RIĊERKA TA’ NATURA STORJOGRAFIKA Keith Sciberras għall-ktieb Caravaggio to Mattia Preti: Baroque Painting in Malta (Midsea Books) U Paul George Pisani għall-ktieb The Battle of Lepanto: An Unpublished Hospitaller Account (Salesians of Don Bosco) PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BL-ISBAĦ DEHRA GĦAS-SENA 2015 Birdlife Malta għall-ktieb History of Ornithology in Malta NOMINA SPEĊJALI FIL-KATEGORIJA “POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ’ Victor Fenech għall-pubblikazzjoni Doreen Micallef: il-Poeżija, il-Konferenza (L-Akkademja tal-Malti u Klabb Kotba Maltin) PREMJU MOGĦTI LIL DIK IL-PERSUNA LI KISBET SUĊĊESS BIL-KITBA TAGĦHA BĦALA KITTIEBA EMERĠENTI Leanne Ellul PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA LI TAT KONTRIBUT SIEWI FIL-LETTERATURA JEW FIL-QASAM TAL-KTIEB Mario Azzopardi SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More