Home / Programme / Insibu Tarf il-Każ: Serata ma’ Anthony Horowitz – KNK – It-Teatru Insibu Tarf il-Każ: Serata ma’ Anthony Horowitz – KNK – It-Teatru 9th November, 2024 8:00 PM - 9:00 PM Ingħaqdu magħna għal serata mhux ta’ min jitlifha ma’ Anthony Horowitz, wieħed mill-aktar kittieba prolifiċi u versatili fir-Renju Unit, huwa u jitkellem dwar il-karriera tiegħu mimlija suċċessi fil-kitba fittizja tal-polizjesk. L-avveniment se jitmexxa minn Prof. James Corby mid-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta. Dan huwa ċans rari sabiex insiru nafu kif jaħdem moħħ ta’ mgħallem fir-rakkuntar tal-istejjer. Anthony Horowitz CBE huwa wieħed mill-aktar kittieba prolifiċi u ta’ suċċess li jaħdmu fir-Renju Unit, u ħa l-fama għall-mezzi differenti li kkontribwixxa fihom. Imwieled enċiklopediku; jaqbeż mill-kitba ta’ kotba, serje televiżivi, films u drammi, sa ġurnaliżmu. Anthony kiteb aktar minn 50 ktieb, fosthom is-serje bestseller taż-żgħażagħ Alex Rider, li kellha aktar minn 21 miljun kopja mibjugħa, u li nqalbet għal fuq it-televixin minn Sony u Eleventh Hour Films u għamlet suċċessun. It-tieler serje tnediet f’April tal-2024, u ftit qabilha l-erbatax-il rumanz ta’ Alex Rider f’Settembru. Magħruf ukoll mal-kbar, kien ikkummissjonat biex jikteb żewġ rumanzi ġodda ta’ Sherlock Holmes, The House of Silk u Moriarty. Tqabbad ukoll mill-eredi tad-drittijiet ta’ Ian Fleming sabiex ikompli jikteb ir-rumanzi ta’ James Bond, bi Trigger Mortis u Forever and Day, ippubblikati fl-2015 u l-2018 rispettivament. It-tielet u l-aħħar rumanz fis-serje, With a Mind to Kill, kien ippubblikat f’Mejju tal-2022. Magpie Murders, rumanz rebbieħ ta’ bosta premji letterarji, Anthony ippubblikah f’Ottubru tal-2016, u x-xogħol intlaqa’ tajjeb mill-kritiċi tant li kien serjalizzat għat-televixin minn BritBox, b’Lesley Manville fil-parti ewlenija. Is-serje xxandret fuq il-BBC fl-2023. It-tkomplija tiegħu, Moonflower Murders, tixxandar fil-ħarifa tal-2024. Is-serje l-ġdida ta’ Horowitz, bid-Ditektiv Hawthorne u l-assistent tiegħu bl-isem ta’ Anthony Horowitz, tinkludi diġà ħames kotba: The Word is Murder, The Sentence is Death, A Line to Kill, The Twist of a Knife, u r-rumanz riċenti Close to Death (April 2024). Anthony huwa l-kreatur u l-kittieb ta’ wħud mill-aktar serje televiżivi maħbuba u ta’ suċċess fir-Renju Unit, fosthom Midsomar Murders, u huwa wkoll il-kittieb u l-ħallieq tas-serje drammatika Foyle’s War, li rebħet il-Law Grade Audience Aaward għall-BAFTA. Anthony ilu patrun mill-2019 ta’ Suffolk Home-Start, għaqda karitatevoli li twieżen familji f’Suffolk, u ngħata CBE fl-2022 għas-servizzi tiegħu fil-letteratura. SHARE POST Similar Posts Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fuq il-Wikipedija – Wikimedia Community Malta 🇲🇹🇬🇧 8th November, 2026 5:30 PM - 6:30 PM Read More ‘The Book of Valletta’: Stejjer Minn Belt Kollha Kuntrasti – Comma Press u KNK 🇬🇧 8th November, 2026 4:00 PM - 5:00 PM Read More Ix-xogħol kbir ta’ Ġużè Gatt bħala storiku tal-poplu 🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:30 AM Read More Sfrattu Kuratorjali: Esebizzjoni l-MICAS – Sentejn Wara – MICAS 🇬🇧🇲🇹 8th November, 2026 10:00 AM - 11:00 AM Read More Lejla ma’ Ian Rankin – KNK 🇬🇧 7th November, 2026 7:00 PM - 8:00 PM Read More Il-Mużewijiet Jgħidu Tagħhom: Mill-Kollezzjonijiet għall-Kotba – ICOM-Malta 🇬🇧🇲🇹 7th November, 2026 3:00 PM - 4:30 PM Read More Għaliex Għandna Bżonn Mitoloġija Ġdida Biex Insalvaw il-Futur Tagħna – Jens Budinger 🇬🇧 7th November, 2026 2:30 PM - 3:30 PM Read More Minn Komuni għal Memorabbli: Il-Ħolqien ta’ Kitba Fittizja li Ma Tistaġnax – Proofreading Malta 🇬🇧 7th November, 2026 1:00 PM - 2:30 PM Read More ‘A New Life Force’: L-Urġenza u l-Vitalità fil-Pittura Kontemporanja – MICAS 🇬🇧 7th November, 2026 10:00 AM - 11:00 AM Read More