Skip to content

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026

Skopri l-istorja

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb lura fl-MFCC, Ta’ Qali, mill-4 sat-8 ta’ Novembru — u din is-sena, għandna stedina waħda għalik: Skopri l-Istorja.

Issa li waslet fis-47 edizzjoni tagħha, iċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-kultura tal-kotba f’Malta qatt ma kienet daqshekk kbira jew daqshekk ambizzjuża. L-edizzjoni rekord tas-sena li għaddiet attirat aktar minn 40,000 viżitatur f’ħamest ijiem mimlijin daqs bajda, b’iżjed minn 40 esebitur u programm ta’ iżjed minn 100 attivitàgħall-qarrejja ta’ kull età. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tkompli tibni fuq dak is-suċċess, b’workshops, taħditiet mal-awturi, attivitajiet għall-familja u ħafna aktar li għadu se jitħabbar, inkluża l-parteċipazzjoni ta’ kittieb ċelebri madwar id-dinja u kittieba li qed tagħmel isem fil-letteratura Ewropea u li tfaħħret mill-kritiċi.

Se niżvelaw aktar dettalji fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin imma nistgħu nassigurawk ħaġa waħda: kemm jekk qed tiftaħ ktieb għall-ewwel darba jew għall-elf darba, hemm storja li għadha qed tistenna li tiġi skopruta.

L-attendenza għall-Festival u għall-avvenimenti l-oħra kollha hija bla ħlas.

L-Erbgħa 4 – Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru
9:00-13:00 u 17:00-21:00

Is-Sibt 7 ta’ Novembru
10:00-21:00

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru
10:00-20:00

ATTIVITAJIET

Programm
Stenna preżentazzjonijiet ta’ kotba, workshops, taħditiet mal-mistednin internazzjonali, attivitajiet għall-familja, u ħafna aktar — b’xi ħaġa għall-qarrejja ta’ kull età. Il-programm sħiħ joħroġ dalwaqt.
MISTIEDNA SPEĊJALI
Ian Rankin

Awtur

Ian Rankin, imwieled fir-Renju ta’ Fife fl-1960, iggradwa mill-Università ta’ Edinburgh fl-1982, u mbagħad qatta’ tliet snin jikteb ir-rumanzi meta suppost kien qed jaħdem fuq id-Dottorat tiegħu dwar il-Letteratura Skoċċiża.

L-ewwel rumanz tiegħu Summer Rites għadu merfugħ fil-kexxun t’isfel, imma t-tieni rumanz li kiteb, The Flood, ġie ppubblikat fl-1986, filwaqt li l-ewwel rumanz mis-sensiela Rebus, Knots & Crosses, ġie ppubblikat fl-1987. Is-sensiela Rebus issa ġiet tradotta fi tnejn u għoxrin lingwa, u l-kotba kienu fost l-aktar kotba li nbiegħu f’diversi kontinenti. Apparti r-rumanzi tiegħu tas-sensiela rebus u dawk dwar Malcolm Fox, kiteb ukoll rumanzi waħdanin, stejjer qosra, rumanz grafiku, żewġ drammi u ktieb mhux fittizju bl-isem Rebus’s Scotland (2005).

Ian ġie ordnat Uffiċjal tal-Ordni tar-Renju Brittaniku (OBE) għas-servizzi tiegħu lejn il-letteratura, u għażel li jirċievi l-premju f’beltu Edinburgh, fejn jgħix ma’ martu u maż-żewġ uliedu subien. 

ATTIVITAJIET GĦALL-FAMILJI U T-TFAL
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa ħarġa sabiħa għall-familja kollha, u din is-sena mhux b’inqas. Minn xows teatrali u attivitajiet interattivi sa riżorsi għall-qarrejja ż-żgħar, se jkun hemm ħafna xi jżomm lit-tfal u lill-kbar intrigati u ispirati matul il-ġimgħa tal-festival. Id-dettalji kollha se jitħabbru fix-xhur li ġejjin — ibqgħu segwuna!
FEJN ISSIBNA
Ara d-direzzjonijiet għall-Festival u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħna.
Location
Iċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta' Qali
Opening Hours
L-Erbgħa 4 - Il-Ġimgħa 6 ta' Nov

9:00-13:00 u 17:00-21:00

Is-Sibt 7 ta' Nov

10:00-21:00

Il-Ħadd 8 ta' Nov

10:00-20:00

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.