Home / News / Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Back to News Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals • Malta Book Festival • Other 12th November, 2025 L-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali, attirat numru rekord ta’ viżitaturi ta’ bejn wieħed u ieħor 40,000 persuna fuq ħamest ijiem. Din il-qabża fin-numri tista’ tiġi attribwita parzjalment għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-iskema mġedda tal-vawċers ta’ €20 għal studenti tal-primarja u s-sekondarja – miżura baġitarja li ġiet rikonfermata għas-sena d-dieħla wkoll. “It-tema ta’ dis-sena kienet ‘Nikteb mill-Ġdid’, dwar is-saħħa trasformattiva tal-bidla. Din is-saħħa dehret b’diversi modi, mhux l-inqas bit-titjib fil-mod kif ħdimna li rriżulta fi tragwardi ġodda kemm fl-attendenza kif ukoll fil-bejgħ, biex b’hekk il-Festival ivvalida l-isforzi kollha li saru fil-preparamenti”, qal il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. Hu żied jgħid li għal dir-raġuni, it-tim tal-KNK qed iqis din l-edizzjoni bħala “il-punt ta’ tluq” – fażi ġdida b’momentum pożittiv li l-KNK beħsiebu jibni fuqu għad-dieħla. Camilleri ħabbar ukoll li ssarrfu madwar 15,000 vawċer waqt il-Festival, li għenu biex jiżdied il-bejgħ kemm tal-pubblikaturi lokali u anki tal-bejjiegħa tal-kotba, kif wieħed jista’ jassumi mill-folol u l-kjuwijiet twal li kien hemm waqt ħafna mill-ħinijiet. “Issa li l-iskema tal-vawċers ġiet rikonfermata għall-2026, ħerqanin biex intejbu l-operat tagħna sabiex nassiguraw li kemm il-KNK u anki l-imsieħba tagħna nimmassimizzaw il-vantaġġ u titjibilhom l-esperjenza”, sostna Camilleri. Ħa l-okkażjoni wkoll sabiex jirringrazzja lill-imsieħba u sponsors kollha li għenu sabiex l-edizzjoni ta’ dis-sena tkun waħda speċjali. Fost l-oħrajn, l-Inspire Malta u l-APS Bank, li għal darb’oħra assiguraw li l-Festival ikollu Kamra Sensorja mgħammra għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu; Piscopo Gardens li sebbħu l-post bil-pjanti tagħhom u kkreaw zona ta’ mistrieħ fejn in-nies setgħu jaraw xi xtraw ’l hinn mill-ħamba tan-nies; l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma li organizzaw sessjonijiet edukattivi għall-viżitaturi żgħar dwar il-konservazzjoni tal-enerġija u l-ilma; lis-Service Dogs Foundation li offrew sessjonijiet ta’ terapija bl-annimali; MCAST Art & Design, Faber-Castell u l-Malta Community of Illustrators li nedew suq żgħir tal-artisti b’sessjonijiet addattati għal kull età tul il-ħamest ijiem; u finalment lill-Kunsill Malti għall-Arti, f’dir-raba’ sena ta’ kollaborazzjoni fil-preżentazzjoni tal-esebizzjoni From Illustration to Book. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb offra esperjenza sħiħa lill-familji kollha – b’44 esebitur, programm b’aktar minn 100 attività, u tliet superstars letterarji internazzjonali – Jeff VanderMeer, Ann VanderMeer u Samantha Harvey. “Ir-rispons pożittiv li rċivejna dis-sena qawwilna qalbna, iżda m’aħniex se noqogħdu mmaħħu wisq fuqu. Fil-jiem li ġejjin se jkollna għadd ta’ laqgħat biex naraw kif morna u fejn nistgħu ntejbu, kemm bejnietna u anki mal-imsieħba tagħna. Dan sabiex naraw li l-Festival – l-akbar ċelebrazzjoni tal-kotba u l-qari f’Malta – jibqa’ jissaħħaħ”, temm jgħid Camilleri. SHARE POST Related Articles Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More