
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – edizzjoni virtwali huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u se jittella’ online mill-11-15 ta’ Novembru.
Il-preparamenti bdew ġmielhom u l-programm tal-attivitajiet jinħareġ f’Settembru.
L-imsieħba fl-industrija tal-kotba u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna biex isegwu s-sit uffiċjali u
Websajt u l- l-paġna tal-Facebook tagħna għal aktar aġġornamenti
L-istorja tal-FNK
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jattendu madwar 40,000 persuna u jipparteċipaw aktar minn 40 eżebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.
L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein u l-Imħallef Rosemarie Aquilina.
Iż-żjara
Ħinijiet tal-ftuħ: L-Erbgħa 11 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30 Il-Ħamis 12 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 21:30 Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru: 09:00 – 13:00, 17:30 – 22:00 Is-Sibt 14 ta’ Novembru: 09:30 – 22:30 Il-Ħadd 15 ta’ Novembru: 08:30 – 20:00
Mingħajr dħul
Ċentru tal-Konferenzi Mediterranji (MCC), Triq l-Isptar, Valletta, VLT 1645
Programm għat-tfal tal-iskejjel
WL-għodwiet ta’ fost il-ġimgħa jkunu ddedikati għall-attivitajiet immirati għat-tfal tal-iskejjel. Studenti u għalliema jistgħu jistennew programm addattat għat-tfal, li jinkludi teatru, qari animat u laqgħat mal-kittieba.
Kull sena tim professjonali ta’ atturi jadatta kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tas-sena ta’ qabel apposta għall-età tal-istudenti.
Din is-sena
l-attivitajiet għat-tfal tal-iskejjel se jiġu trażmessi online – l-iskejjel interessati li jipparteċipaw huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom bħal ma’ għamlu f’edizzjonijiet preċedenti. Segwi dan l-ispazju għal aktar aġġornamenti. Websajt u l-paġna tal-Facebook tagħna għal aktar aġġornamenti
Eżebituri
L-applikazzjonijiet għall-pubblikaturi li jixtiequ jipparteċipaw fl-edizzjoni virtwali tal-Festival issa fetħu. Niżżel l-applikazzjoni aġġornata minn hawn u qabel tibgħatha kun ċert li qrajt sewwa l-istruzzjonijiet.
L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew sew u jinthemżu f’email lil Michael Mercieca ([email protected]) jew jintbagħtu bil-posta fl-indirizz li jidher hawn, sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Awwissu 2020 f’nofsinhar (12pm): Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Il-Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. Joseph J. Mangion, Il-Furjana, FRN 1800, MALTA.
Is-Sacra Infermeria u La Valette Halls se jkunu qed jospitaw pubblikaturi, NGOs u libreriji, kif ukoll bejjiegħa tal-kotba u ħwienet tal-kotba.
Għall-familji
Id-dettalji dwar xows għall-familji waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 – edizzjoni virtwali joħorġu aktar tard.
Skema ta’ promozzjoni għall-eżebituri
Din is-sena l-eżebituri għandhom iċ-ċans li japplikaw għal sussidju fuq il-miżata għall-istand tagħhom jekk ikunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival fuq il-mezzi tal-istampa lokali. Il-Formola tal-applikazzjoni għall-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri u r-regolamenti tista’ titniżżel minn hawnhekk..
EDIZZJONIJIET IMGĦODDIJA The 2019 Malta Book Festival
Ara hawnhekk il-programm uffiċjali tal-avvenimenti kollha tal-FNK 2019 (verżjoni għall-mowbajl) li kien jinkludi tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari ta’ poeżija, laqgħat mal-awturi, konferenzi u seminars.
Il-Festival beda l-Erbgħa filgħaxija b’konferenza letterarja dwar il-ġeneru tal-fantaxjenza. Ipparteċipaw Loranne Vella, ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 bir-rumanz Rokit (Merlin Publishers), il-kittieb imwieled Malta Jon Courtenay Grimwood, Kali Wallace u Dave Rudden.
Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-On. Imħallef Rosemarie Aquilina, li serqet ix-xena internazzjonali fl-2018 meta ppresediet il-każ ta’ Larry Nassar, u bagħtitu 175 sena ħabs minħabba abbużi sesswali. Minn dakinhar l-Imħallef Aquilina saret wieħed mis-simboli tal-moviment #MeToo.
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018Il-programm kulturali tal-FNK 2018 kellu aktar minn 80 attività bejn tnedijiet ta’ kotba, qari, laqgħat mal-awturi, seminars u konferenzi. Bħala avveniment li fforma parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Festival ingħata s-sostenn sħiħ tal-Gvern.
Il-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni kienet l-awtriċi u attivista ta’ fama internazzjonali Naomi Klein, li kienet intervistata mill-ġurnalist lokali Matthew Vella. Klein hi l-awtriċi tal-ktieb The Shock Doctrine, li kiser rekords ta’ bejgħ fid-dinja u li fih Klein titkellem dwar dak li ssejjaħlu ‘kapitaliżmu tad-diżastri’. Il-ktieb qawwa l-prominenza ta’ Klein, bin-New Yorker jgħid li Klein hi l-aktar figura viżibbli u influwenti fix-xellug Amerikan.
Il-Programm ta’ Attivitajiet Kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018Il-formola ta’ risponsgħaż-żjajjar tal-iskejjel fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018. The 2017 Malta Book Festival



Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-kalendarju kulturali Malti. Kull sena jattendu madwar 40,000 persuna u jipparteċipaw aktar minn 40 eżebitur. Il-Festival joffri wkoll diversi opportunitajiet għall-professjonisti fl-industrija sabiex jiltaqgħu u jsaħħu jew joħolqu relazzjonijiet ġodda.
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u se jittella’ mit-23-27 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta’ Qali.
Informazzjoni
L-istorja tal-FNK
L-ewwel edizzjoni tal-Festival saret fl-1979, taħt l-isem tal-Fiera tal-Ktieb (1979-2012). Minn dakinhar l-avveniment żvilluppa f’festival li jiċċelebra l-kultura tal-kotba fil-forom varji tagħha. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Festival qed kulma jmur issir aktar evidenti bil-preżenza ta’ awturi u pubblikaturi barranin mistiedna. Tul is-snin, fost l-oħrajn, żaru l-Festival Ros Barber, Shahd Alshammari, Tim Parks, Philip ò Ceallaigh, Vera Duarte, Naomi Klein, l-Imħallef Rosemarie Aquilina u Sir Salman Rushdie.
Programm għat-tfal tal-iskejjel
Din is-sena il-Festival se jkun qed tilħaq lill-istudenti fil-klassi tagħhom bis-saħħa ta’ kwizz interattiv bi stejjer, awturi, u karattri mill-aħjar kotba lokali tat-tfal. Il-kwizz ‘Fejn Hemm il-Kotba Hemm il-Maġija’ huwa tajjeb għall-istudenti tal-primarja u tas-sekondarja, u se jixxandar fil-klassijiet irreġistrati kuljum fost il-ġimgħa fid-9:30am.
Kull student irreġistrat għall-Festival se jkun qed jirċievi wkoll il-vawċer ta’ €5 li jista’ jissarraf mingħand kull ħanut tal-kotba waqt il-Festival jew mill-ħwienet online tagħhom.
Żur il-Programm tal-attivitajiet online biex tkun taf aktar.
Għall-familji
Id-dettalji dwar xows għall-familji waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 joħorġu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Programm
Il-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 fih aktar minn 70 attività mifruxin fuq ħamest ijiem, li jinkludu tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, laqgħat mal-awturi, gruppi ta’ ħidma u diskussjonijiet tematiċi, premieres u skrinjar ta’ films, kif ukoll damma ta’ attivitajiet għat-tfal li se jkunu qed jixxandru wkoll online f’kull klassi rreġistrata.
Din is-sena hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, iżda żjarat fiż-żona tal-Ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.
Id-dħul għall-avvenimenti kollha fil-programm tal-Festival, minbarra dawk għat-tfal, jeħtieġu wkoll il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat validu ta’ tilqim.
Żur il-programm tal-attivitajiet online għal aktar informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet.
Eżebituri
L-applikazzjonijiet għall-eżebituri li jixtiequ jipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 huma miftuħa bejn l-24 ta’ Mejju u l-24 ta’ Ġunju.
L-eżebituri huma mħeġġa jaqraw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha qabel japplikaw.
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-formola onlajn hawn, jew billi tniżżel u timla l-formola tal-applikazzjoni .pdf u tibgħatha bil-posta lil:
National Book Council
Bice Mizzi Vassallo Complex
Arnheim Road
Pembroke PBK1776
MALTA
Skema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri
L-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri toffri sussidju fuq il-miżata għall-istand tal-eżebituri jekk ikunu investew fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival fuq il-mezzi tal-istampa lokali u l-midja soċjali.
Għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022, l-eżebituri jistgħu jitolbu rifużjoni sħiħa jew parzjali (minimu ta’ 50%) fuq il-ħlas tal-applikazzjoni tagħhom jekk jagħżlu li jirreġistraw għall-Iskema tal-Promozzjoni għall-Eżebituri. L-eżebituri jistgħu jaqraw it-termini tal-iskema u jirreġistraw permezz tal-istess formoli tal-applikazzjoni hawn fuq.