Home / News / Sejħa Miftuħa għal sottomissjonijiet għall-esebizzjoni “From Illustration to Book” fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 back to news Sejħa Miftuħa għal sottomissjonijiet għall-esebizzjoni “From Illustration to Book” fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Inizjattivi • Other 13th June, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) qed iniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-esebizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023, “From Illustration to Book”. Il-Festival u l-esebizzjoni se jittellgħu bejn it-18 u t-22 ta’ Ottubru 2023. Din se tkun it-tieni edizzjoni ta’ esebizzjoni dedikata għad-disinji u l-illustrazzjonijiet tal-kotba, u hija parti integrali mill-attivitajiet marbuta mal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. L-objettiv tal-esebizzjoni huwa li li sservi bħala vetrina għax-xogħlijiet tal-illustraturi u d-disinjaturi ewlenin tal-kotba f’Malta; waqt li wkoll jitfakkru l-pijunieri f’dan il-qasam, u tesebixxi s-sottomissjonijiet rebbieħa tas-sezzjoni tal-pubblikazzjoni tal-Malta Community of Illustrators, ir-rivista Malta Illustration Annual. Din l-inizjattiva hija wkoll parti mill-kollaborazzjoni strateġika bejn il-KNK u l-KMA li għandha l-għan li tippromwovi l-innovazzjoni fi ħdan l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali biex tinkludi l-aspetti kollha tal-professjonijiet kreattivi. X’Qegħdin Infittxu Qegħdin nistednuk biex tressaq illustrazzjonijiet u/jew disinji biex jiġu kkunsidrati għall-esebizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 “From Illustration to Book”. Dawn li ġejjin kollha se jiġu aċċettati: – il-qoxra finali tal-ktieb b’tipografija u illustrazzjoni, jew l-illustrazzjoni li hija parti mill-qoxra tal-ktieb imma ppreżentata bħala illustrazzjoni indipendenti; – illustrazzjoni mill-paġni ta’ ġewwa tal-ktieb bħala parti mit-tqassim interjuri tal-ktieb, jew l-illustrazzjoni nnifisha li hija parti mit-tqassim interjuri tal-ktieb imma ppreżentata indipendentament; – disinn grafiku ta’ qoxra ta’ ktieb ippubblikat jew tal-paġni ta’ ġewwa. L-applikant jista’ jressaq dan it-tip ta’ xogħol li diġà ġie ppubblikat jew li se jiġi ppubblikat sal-ġurnata tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, it-18 ta’ Ottubru 2023: ‘ippubblikat’ jew ‘awtoppubblikat’; minn ktieb mitbugħ jew e-book; illustrazzjoni/disinn grafiku għal ktieb b’ISBN Malti minn illustratur/disinjatur b’ċittadinanza Maltija jew lil hinn; JEW illustrazzjoni/disinn grafiku minn illustratur b’ċittadinanza Maltija għal ktieb b’ISBN mhux Malti. Kif Tapplika – Jekk jogħġbok ressaq massimu ta’ tliet (3) xogħlijiet artistiċi f’formatt ta’ reżoluzzjoni għolja permezz ta’ fajl tat-tip pdf, jpg jew eps) b’dawn is-sottotitoli: ILLUSTRATUR ISEM TAX-XOGĦOL ARTISTIKU MEDIUM DETTALJI TA’ KUNTATT (Instagram jew tip ta’ midja soċjali oħra, sit) TITLU TAL-KTIEB – Jekk jogħġbok ressaq l-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ din il-ħolqa, u fiha inkludi ħolqa tax-xogħol artistiku tiegħek permezz ta’ Wetransfer, Dropbox, Googledrive jew mezzi simili. Inkludi wkoll is-CV, bijonota ta’ bejn 20 u 30 kelma. Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email lil nikki.petroni.1@artscouncil.mt – Jekk possibbli, ibgħat skeċċ tax-xogħol artistiku tiegħek jew kampjun tax-xogħol artistiku tiegħek meta kien għadu mhux finalizzat jew fi stadu ta’ ppiċċjar, sabiex jidher f’sezzjoni speċjali fuq il-proċess ta’ ħsieb, pitching/kummissjonar u pubblikazzjoni. Se jintgħażlu massimu ta’ żewġ (2) illustrazzjonijiet u/jew disinji minn kull artist għall-esebizzjoni. L-illustrazzjonijiet magħżula se jkunu akkumpanjati mill-kopji tal-pubblikazzjoni korrispondenti. AGĦFAS HAWN BIEX TISSOTTOMETTI L-APPLIKAZZJONI TIEGĦEK Il-Proċess ta’ Għażla Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati minn kumitat immexxi mill-KNK u l-KMA skont it-tliet kriterji li ġejjin: L-idea u l-kuntest Is-sengħa u t-teknika Il-kreattività u l-innovazzjoni Dati Importanti Tħabbir tas-Sejħa: L-Erbgħa, l-14 ta’ Ġunju 2023 Skadenza għas-sottomissjonijiet: It-Tnejn, is-17 ta’ Lulju 2023 f’nofsinhar Tħabbir tar-riżultati: Il-Ġimgħa, il-25 ta’ Awwissu 2023 Għal aktar informazzjoni ibgħat email lil nikki.petroni.1@artscouncil.mt SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More