Home / News / Anthony Horowitz il-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 back to news Anthony Horowitz il-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Other 25th June, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jista’ jħabbar bi pjaċir kbir li l-mistieden speċjali għall-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jkun Anthony Horowitz. Il-Festival se jsir bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fl-Malta Fairs and Convention Centre, Ta’ Qali. Il-preżenza ta’ awtur tal-kalibru ta’ Horowitz timxi id f’id mat-tema ewlenija tal-Festival: #dinjietjirrimaw – li tissimbolizza l-qawwa tal-letteratura li tqarreb lejn xulxin nies minn kull triq tal-ħajja. It-tema hija wkoll inkorporata fl-illustrazzjoni tal-powster ta’ dis-sena, li sar minn Ed Dingli, li jinkludi erba’ ‘dinjiet’ b’fil letterarju: fejn ix-xogħol ta’ awturi internazzjonali issibu fi sfumaturi differenti, u fejn is-sengħa tal-kotba hija ċċelebrata kif mistħoqq anki mill-iżgħar udjenzi tal-Festival. Sehem Horowitz huwa introdott b’riħet l-ewwel ‘dinja’ – b’figura ta’ persuna lesta għal vjaġġ li mhux bilfors taf fejn se joħodha. Horowitz twieled fl-1955, u huwa kittieb Brittaniku prolifiku li xogħlu jterraq f’ġeneri differenti. Magħruf ħafna mat-tfal u ż-żgħażagħ bis-sensiela ta’ rumanzi ta’ spjunaġġ ta’ Alex Rider, Horowitz kien tqabbad ukoll jikteb stejjer ġodda ta’ Sherlock Holmes u James Bond mill-eredi detenturi tad-drittijiet ta’ Conan Doyle u Ian Fleming, rispettivament. Dan ix-xogħol ikkonsagrah bħala l-kittieb per eċċellenza ta’ letteratura dinamika ta’ kwalità li tilħaq lil kulħadd. Riċentament, is-serje ta’ ‘Hawthorne u Horowitz’ – li l-ħames ktieb tagħha Close to Death ħareġ f’April – tieħu laqta meta-fittizja tal-ġeneru tal-polizjesk għax Horowitz stess jidħol fl-istorja b’karattru jixbah lil John Watson u li jkun ta’ spalla għad-ditektiv titulari Hawthorne. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=7bXr8p4SAT0[/embedyt] Horowitz imdaħħal ukoll fid-dinja tal-ispettaklu awdjoviżiv, kemm bis-saħħa tal-addattamenti tax-xogħol letterarju tiegħu imma anki għal xi kitba ta’ skripts tiegħu għall-films. Il-kotba ta’ Alex Rider inqalbu f’film u għat-televixin, u r-rumanz tiegħu tal-2016, Magpie Murders, sar serje famuża fuq il-BBC li xxandret fuq sitt episodji fl-2023, b’atturi bħal Leslie Manville. Bħala kittieb ta’ skripts, Horowitz kien il-moħħ wara suċċessi awdjoviżivi bħal Midsomar Murders u s-serje li rebaħ il-BAFTA, Foyle’s War. Il-parteċipazzjoni ta’ Horowitz fil-Festival tkompli ma’ storja ta’ parteċipazzjonijiet illustri oħra, ngħidu aħna Salman Rushdie, Irvine Welsh, John Boyne, Naomi Klein, Joe Sacco u oħrajn li ħadu sehem fih mindu l-avveniment ħa nifs ġdid fl-2013. “M’hemmx għalfejn ngħidu li bħala KNK ninsabu eċitati immens li se jkollna awtur bħal Horowitz fil-Festival. Minkejja ċ-ċentralità kulturali li għandu dan l-avveniment fil-kalendarju lokali, ikun nuqqas min-naħa tagħna li nistrieħu fuq l-istorja sabiħa tiegħu u ma nibqgħux intejbuh sabiex min iżurna jkollu dejjem esperjenza aħjar mis-sena ta’ qabel,” sostna l-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. Horowitz se jipparteċipa f’numru ta’ attivitajiet waqt il-Festival, u b’hekk se jolqot udjenzi differenti. Se jtella’ masterclass għall-kittieba, imbagħad jieħu sehem f’xow għat-tfal. Horowitz se jkun ukoll intervistat mill-Kap tad-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università ta’ Malta, il-Prof. James Corby, f’intervista li mistennija tkun waħda li se tmiss max-xogħol kollu tiegħu. Madankollu, Horowitz mhuwiex l-uniku stilla letterarja mistiedna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. It-tieni isem se jitħabbar mal-ħin, iżda Camilleri konvint li t-tnejn li huma se jkunu denji tat-tema tal-avveniment, #dinjietjirrimaw. “Jekk Horowitz jinsab fl-aqwa tiegħu fejn għandha x’taqsam il-letteratura fittizja kummerċjali li tipprovdi gost eskejpist għall-qarrejja tiegħu, it-tieni mistieden tagħna huwa stilla letterarja li rebaħ premji importanti li xogħlu kien imfaħħar kważi b’mod unanimu”, irrimarka Camilleri. “Meħuda flimkien, daż-żewġ mistiedna se jkomplu jtellgħu fil-wiċċ it-tema #dinjietjirrimaw. Għalkemm hemm litteralment dinja tifridhom fl-istil u l-kitba, xogħolhom huwa turija lill-viżitaturi tagħna ta’ kemm il-kelma miktuba għandha potenzjal jekk taqa’ f’idejn l-imgħallmin,” temm jgħid. Il-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 (6-10 ta’ Novembru) joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin. Segwina fuq ktieb.org.mt jew fuq il-mezzi soċjali tagħna Facebook u Instagram SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More