
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għal din l-edizzjoni mġedda tal-Fond.
Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa tal-finanzjament minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Fond hu li jappoġġja proġetti sinjifikattivi kulturalment li jeħtieġu finanzjament sabiex jitwettqu.
Anki minħabba l-ammont ta’ sottomissjonijiet ta’ valur f’din l-edizzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb, l-aġġudikaturi ħadu ħsieb li jikkunsidraw ukoll il-valur ta’ kull proġett u, wara analiżi tar-rendikont finanzjarju mehmuż mal-applikazzjoni, allokaw il-fondi tali mod li jkunu biżżejjed biex il-pubblikazzjoni sseħħ jew b’mod sħiħ jew b’mod parzjali.
Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proġett kienet it-30 ta’ Ġunju, u t-tliet aġġudikaturi ħadmu għal rashom fuq l-istess sett ta’ proposti sakemm fl-20 ta’ Ġunju qasmu ma’ xulxin l-ewwel reazzjonijiet evalwattivi. Fit-3 t’Awwissu t-tliet folji evalwattivi u indipendenti ngħaqdu f’waħda u fis-6 ta’ Ġunju r-rapport finali u l-lista aħħarija tal-benefiċjarji ntbagħtet lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 kien magħmul minn tliet aġġudikaturi – Is-Sinjura Maria Giuliana Fenech, Prof. Joseph Eynaud, u s-Sinjur Andrei Vella Laurenti.
Tajjeb li wieħed jinnota li, minħabba li kull għotja kellha massimu ta’ fondi allokati għaliha u anki għaliex xi proposti marru aħjar minn oħrajn billi ssodisfaw ir-regolamenti, ġie deċiż li xi proġetti jingħataw fondi parzjali, ie. ngħataw inqas fondi minn kemm talbu oriġinarjament. Peress li dal-proġetti xorta tqiesu li għandhom valur kulturali mdaqqas, il-bord tal-aġġudikaturi tahom parti minn dak li talbu bil-ħsieb li dan jgħinhom jiġu ppubblikati xorta waħda.
Importanti jiġi nnutat ukoll li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.
Wara l-proċess tal-għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-KNK se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa biex jiffirmaw il-kuntratt tal-benefiċjarju, jingħadda lilhom il-fond, u jsir il-ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett.
Dawn li ġejjin huma l-proġetti rebbieħa skont il-kategorija tal-Fond, bl-isem tal-benefiċjarju u l-ammont mogħti.
Għotjiet għall-Pubblikazzjoni
Titlu tal-Proġett // Project Title | Applikant // Applicant | Għotja (Ewro) // Grant (Euro) |
---|---|---|
Art Nouveau in Malta: Architecture in Malta during the InterWar Years 1920/30s | Conrad Thake | 5000 |
Scratches and God, and Some Lies - a study of Josef Kalleya's unpublished sketches by Giuseppe Schembri Bonaci | Nicola Ann Petroni | 4990 |
Researched monograph Instrument Building and Musical Culture in Seventeenth-Century Malta | Anna Borg Cardona | 5000 |
The "Twin Fat Ladies" of Malta: Context and Symbolism of an Archaeological Sensation | Veronica Veen | 5000 |
Hans Stumme: Il-ħrejjef miġbura u testi oħra | Joseph Mizzi (Klabb Kotba Maltin) | 5000 |
Pubblikazzjoni bil-kontribut ta' ħames awturi | Sandro Debono | 2520 |
The Vusual Culture of Death in Malta in a Time of Plague: 1675-1814 | Christian Attard | 5000 |
Tattooing in Malta from the 18th to the 20th century. The presentation of research findings on the tattoo practice culture of the Maltese | Georgina Portelli | 5000 |
Studji Estetiċi-Letterarji: Ġabra ta' Studji dwar l-estetika u l-letteratura Maltija | Josette Attard | 2500 |
Varjazzjoni tas-Skiet : ġabra ta' poeziji | Nadia Mifsud | 5000 |
Il-pubblikazzjoni ta’ tliet drammi rebbieħa ta’ Vincent Vella // The publishing of three award-winning plays by Vincent Vella | David Bezzina (Horizons) | 2450 |
Editjar tar-rumanz Frammenti ta' Tyrone Grima // The editing of Tyrone Grima’s novel Frammenti | Chris Gruppetta (Merlin Publishers) | 2540 |
Total: 50,000 |
Għotjiet għat-Traduzzjoni
Kategorija 1 – Traduzzjoni ta’ Kotba Maltin
Titlu tal-Proġett // Project Title | Applikant // Applicant | Għotja (Ewro) // Grant (Euro) |
---|---|---|
Il-ġabra ta’ poeżiji Framed ta’ Maria Grech Ganado fl-Armen // Maria Ganado’s Framed: a collection of poems by Maria Ganado. Planned translation in Armenian. | Hrant Aleksanyan (Vogi-Nairi Arts Centre) | 5000 |
It-traduzzjoni ta’ Castillo ta’ Clare Azzopardi fil-Għarbi // Translation of the novel Castillo by Maltese author Clare Azzopardi in Arabic | Yehia Fekry (El Maraya for Cultural Production) | 5000 |
It-traduzzjoni mill-Malti għat-Taljan ta’ Castillo ta’ Clare Azzopardi. Jinkludi wkoll il-qari tal-provi u l-editjar // Translation from Maltese to Italian and proofreading/editing of Castillo (Clare Azzopardi, Merlin, 2018) | Virginia Monteforte | 5000 |
It-traduzzjoni għall-Ingliż tal-ktieb Il-Kulur tal-Lellux ta’ Rita Saliba. Titlu tat-traduzzjoni: "The Crown Daisy Patch” // Translation into English of the Maltese book Il-Kulur tal-Lellux by Rita Saliba. Title: "The Crown Daisy Patch" | Audrey Cassar (BDL Publishers) | 2950 |
Barabbas, the Author and the Prostitute (traduzzjoni ta’/translation of: “Il-Ktieb ta' Barabba”) | Charles Casha | 4980 |
"The Wizard's Wonder" tells the story of a wealthy family during the Roman times in Malta. One of the main protagonist is St. Paul. | Luisa Castorina | 3603 |
It-traduzzjoni ta’ Madwar Sagħtejn u Nofs ‘il Bogħod mill-Ġenna ta’ Immanuel Mifsud fis-Serb bl-Ingliż bħala lingwa medjatriċi // Translating book of poems Around Two and a Half Hours Away from Heaven by Immanuel Mifsud into Serbian using English language as a bridge language | Dejan Matic (Treci Trg) | 5000 |
Everyone But Faiza: traduzzjoni ta’/translation of "Kulħadd Barra Fajża" | John Portelli | 3120 |
It-traduzzjoni fil-Griek u l-pubblikazzjoni ta’ Bejn Baħar u Baħar // The translation in Greek and publication of Bejn Baħar u Baħar by Elizabeth Grech (Merlin Publishers) | Nestoras Poulakos (Vakxikon Publications) | 5000 |
Total: 39,653 |
Kategorija 2 – Traduzzjoni għall-Malti
Titlu tal-Proġett // Project Title | Applikant // Applicant | Għotja (Ewro) // Grant (Euro) |
---|---|---|
It-traduzzjoni għall-Malti ta’ Concerto a' la memoired'un ange (2010) u Voyage au Pays des Arbres (1978 // Translation into Maltese of Concerto a' la memoired'un ange (2010) and Voyage au Pays des Arbres (1978) | Claudine Borg | 2710 |
It-traduzzjini għall-Malti ta’/Translation into Maltese of La Forma dell'Acqua by Andrea Camilleri | Antoinette Borg | 4928 |
Traduzzjoni mill-Ingliż tad-dramm Othello ta' William Shakespeare // Translation from English of Othello by William Shakespeare | Alfred Palma | 630 |
Traduzzjoni tal-ktieb Esercizi di Servizia e Seduzione ta' Irene Chias // Translation of the book Esercizi di Servizia e Seduzione by Irene Chias | David Bezzina (Horizons) | 4000 |
Traduzzjoni ta’ La Chute ta’ Albert Camus // Translation of the book La Chute by Albert Camus | Toni Aquilina | 2732 |
Total: 15,000 |
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb - Fetħu l-Applikazzjonijiet
- Tiġdid tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2018–19
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2018
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Joħorġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb
- Għajnuna bl-Applikazzjoni għall-Fond Malti tal-Ktieb
- Għotjiet għall-Edukazzjoni fi ħdan il-Fond Malti tal-Ktieb
- Proġett tal-Fond Malti tal-Ktieb: Kif Dieb il-Gemiem
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Fondi għat-Traduzzjoni
- IL-FOND MALTI TAL-KTIEB: MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET
- Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2017
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- Konferenza InTranslation
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Ħarġu r-Riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- Tnedija tal-Fond Malti tal-Ktieb - 12/05/2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi