Iċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 ixxandret għall-ewwel darba b’mod pubbliku fit-18 ta’ Diċembru mill-paġna tal-Facebook tal-KNK u fuq dan is-sit. Nistiednu lil kulħadd biex ma jitlifx l-opportunità li jsir jaf liema huma l-aħjar kotba li ġew ippubblikati fl-2019.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġiġkom tibqgħu tixtru kotba ppubblikati Malta, speċjalment il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u tużaw il-ħwienet online tal-pubblikaturi lokali. Minn hawnhekk tistgħu taċċessaw l-informazzjoni kollha li teħteġu: https://ktieb.org.mt/mt/l-ezebituri-tal-festival-nazzjonali-tal-ktieb-2020/
__________________________________________________________________________________________________________
Il-perjodu tal-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021: kotba ppubblikati 2021 huwa bejn it-8 ta’ Marzu u l-26 ta’ April 2021 f’nofsinhar.
Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, pubblikaturi u illustraturi għal xogħol ippubblikat lokalment is-sena ta’ qabel. Il-finalisti u r-rebbieħa fid-disa’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Adulti u s-sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka (Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Tfal u l-Adolexxenti) huma magħżula minn bord indipendenti tal-aġġudikazzjoni. Il-membri tal-bord isegwu għadd ta’ kriterji fl-evalwazzjoni tagħhom biex jiżguraw l-ogħla grad ta’ trasparenza u professjonalità kif jixraq għal premju tant importanti u prestiġjuż.
Ir-regoli u r-regolamenti jinsabu hawn taħt.
Is-sottomissjonijiet jiġu evalwati mill-bord tal-aġġudikazzjoni u l-lista twila tiġi ppubblikata lejn l-aħħar t’April 2021. Imbagħad il-lista tal-finalisti, li tinkludi kemm il-Premju Terramaxka kif ukoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Adulti, titħabbar lejn l-aħħar ta’ Lulju 2021.
Iċ-ċerimonja tal-Premju Terramaxka 2021 se tittellgħa f’Novembru waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021, filwaqt li d-data taċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb titħabbar aktar tard.
Iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 saret fit-30 ta’ Jannar 2020 fil-Palazz ta’ San Anton taħt il-patroċinju tal-Preident tar-Repubblika ta’ Malta, l-E.T. George Vella. Segwi din il-ħolqa għal-lista sħiħa tar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019.
____________________________________________________________________________
Il-Fomola ta’ Applikazzjoni u Regolamenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jinstabu hawn taħt:
Applikazzjoni // Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020.
Regolamenti // Premju Nazzjonai tal-Ktieb 2020.
Il-Kriterji u l-Linji Gwida tal-Kategoriji fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Adulti jinsabu hawn taħt:
RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ: Kriterji
NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ: Kriterji
POEŻIJA BIL-MALTI: Kriterji
POEŻIJA BL-INGLIŻ: Kriterji
ID-DRAMM: Kriterji
LETTERATURA MHUX FITTIZJA: Kriterji
TRADUZZJONI: Kriterji
RIĊERKA ĠENERALI: Kriterji
RIĊERKA BIJOGRAFIKA U STORJOGRAFIKA: Kriterji
Il-Kriterji u l-Linji Gwida tal-Kategoriji għall-Premju Terramaxka għat-Tfal u l-Adolexxenti jinsabu hawn taħt:
Kriterji 0-7 snin XOGĦOL ORIĠINALI
Kriterji 8-12-il-sena XOGĦOL ORIĠINALI
Kriterji 13-16-il-sena XOGĦOL ORIĠINALI
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2020 – Il-finalisti
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2020 – il-lista tal-kotba
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka – jiftħu l-applikazzjonijiet
- Alfred Sant: Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Letteratura u l-Kotba 2019
- Kjarifika dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Tittella' ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 jitħabbru għada
- AĠĠORNAMENT: Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 – Titħabbar id-data
- Titħassar iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 – Titħabbar id-data
- Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2019
- Sorpriżi u xejriet ġodda: Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019 – il-lista tal-kotba
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019 – jiftħu l-applikazzjonijiet
- Lillian Sciberras: Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba 2018
- L-Għoti ta’ Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 jitħabbru għada
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż
- Mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Lou Drofenik u Victor Fenech
- Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka - applikazzjonijiet
- L-Għoti ta' Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka
- Toħroġ il-Lista tal-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka 2017
- Jibda l-Proċess tal-Aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
- Il-Qofol tal-London Book Fair 2017 għal Malta
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Malta fil-Festival New Literature from Europe NY
- Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016
- FINALISTI TAL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB 2016 u PREMJU TERRAMAXKA 2016
- L-Istorja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
- Parteċipanti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Premju Terramaxka 2016
- Notifika // Fetaħ il-perjodu ta’ sottomissjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 (Kotba 2015)
- Rapport Annwali 2015
- Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015
- Imħabbra ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015
- Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2015
- Parteċipanti tal-Premju Terramaxka 2015
- Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015
- Premju Terramaxka 2015: l-Premju Nazzjonali ta' Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti
- Lista ta’ parteċipanti tal-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB 2015 u PREMJU TERRAMAXKA 2015
- Ħarġu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015
- Donazzjoni ta' Kotba Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb lil CPL
- Rapport Annwali 2014
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2013
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb - Kotba 2013
- Il-Premju Nazzjonali Tal-Ktieb: KOTBA 2013
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2012