Home / News / Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin back to news Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja • Festivals • Fondi • Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • London Book Fair • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 29th January, 2025 Fil-25 ta’ Jannar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) żamm il-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni mal-awturi u l-pubblikaturi, u matulha ħabbar id-dati tal-avvenimenti, l-attivitajiet u l-inizjattivi ewlenin għall-2025 – fosthom il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u l-Fond Malti tal-Ktieb. Il-laqgħa serviet ukoll sabiex il-KNK jitkellem dwar żviluppi interessanti li ġejjin fl-2025 u li se jħallu effett li jibqa’. Il-Fond Malti tal-Ktieb żdied bi €15,000 mifruxin fuq tlieta mill-ħames kategoriji tiegħu. L-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda telgħu għal €55,000 (minn €50,000), l-Għotjiet għat-Traduzzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Kotba minn Awturi Maltin żdiedu minn €40,000 għal €45,000, finalment l-Għotjiet għat-Traduzzjoni lejn il-Malti żdiedu b’€5,000 għal €20,000. Il-massimu li jista’ jingħata għal kull proġett baqa’ l-istess bħas-sena l-oħra. Il-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (PLR) żdiedu b’€20,000, biex issa l-fond totali huwa ta’ €80,000. Daż-żidiet huma xhieda tax-xogħol tal-KNK sabiex irawwem industrija letterarja sostenibbli u aktar b’saħħitha. Waqt il-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni l-KNK aġġorna lill-imsieħba dwar l-iżviluppi relatati mal-istrateġija fuq ħames snin tal-KNK, li qed tissawwar b’kollaborazzjoni mal-kumpanija ta’ konsulenza KPMG. L-istrateġija titnieda fix-xhur li ġejjin wara li l-abbozz jgħaddi mill-proċessi u l-approvazzjonijiet meħtieġa. L-istrateġija se tkopri bejn l-2025 u l-2030, u se tissawwar bil-kontribuzzjoni wiesgħa tal-imsieħba fl-industrija tal-kotba Maltija, sabiex isservi verament ta’ gwida importanti għall-KNK. It-tnedija tal-istrateġija se tiżżewweġ mat-tnedija ta’ identità viżiva għall-KNK, bi branding ġdid fil-logos u bidla mill-qiegħ fis-sit tal-KNK. Dan qed isir sabiex kollox ikun rifless ta’ evoluzzjoni fix-xogħol tal-KNK. Dis-sena l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet, Ta’ Qali. Iċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb skedata għas-26 ta’ Settembru. L-esportazzjoni letterarja tema oħra important kemm għall-industrija lokali u anki għall-KNK, li dejjem jistinka sabiex ilaqqa’ lill-awturi u l-pubblikaturi lokali ma’ dawk barranin. Is-sena l-oħra sensilna l-ewwel katalgu ta’ drittijiet ta’ barra, u dis-sena se naġġornawh b’titli ġodda u noħduh magħna f’fieri barranin biex jitqassam ma’ msieħba internazzjonali. Il-kalendarju kulturali tal-KNK għall-2025 huwa ċelebrazzjoni waħda tal-letteratura Maltija mill-bidu tas-sena sal-aħħar tagħha. Ħerqanin sabiex niktbu kapitlu ieħor mal-imsieħba lokali tagħna. IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB Ftuħ is-sejħa: 11 ta’ Frar Għeluq is-sejħa: 27 ta’ Frar Iċ-Ċerimonja: 26 ta’ Settembru Aktar informazzjoni hawnhekk. Fuq fuq – 8 premji għall-Adulti u 6 għat-Tfal u ż-Żgħażagħ – Konkors kompetittiv – Aġġudikazzjoni indipendenti Premju għal xogħol oriġinali: €4,000 Premju għal xogħol tradott (Terramaxka biss): €2,000 Premji speċjali: €4,000 Premju għall-pubblikaturi għal kull ktieb li jirbaħ: €1,000 IL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB Id-dati: 5-9 ta’ Novembru L-applikazzjoni għall-esebituri: 15 ta’ April sat-2 ta’ Mejju Aktar informazzjoni hawnhekk. IL-KONKORS TA’ LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ Ftuħ is-sejħa: 22 ta’ Jannar Għeluq is-sejħa: 5 ta’ Settembru Iċ-Ċerimonja: 9 ta’ Jannar 2026 Aktar informazzjoni hawnhekk. IL-LONDON BOOK FAIR Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jerġa’ jirrappreżenta lill-kittieba u lill-pubblikaturi Maltin waqt il-London Book Fair, li dis-sena se ssir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu. Fuq fuq: – Il-KNK se jippiċċja kotba lil pubblikaturi u aġenziji internazzjonali bis-saħħa tal-kalatalgu ta’ drittijiet ta’ barra; – Se jiltaqa’ ma’ kuntatti antiki u oħrajn ġodda, kif ukoll ma’ aġenziji sabiex jgħin f’negozjati ġodda – Se jmexxi seminar u sessjonijiet ta’ qari biex jippromwovi u jirriklama l-letteratura Maltija ma’ qarrejja u pubblikaturi barranin prospettivi. IL-KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA DOREEN MICALLEF Ftuħ is-sejħa: 13 ta’ Mejju Għeluq is-sejħa: 14 ta’ Lulju Aktar informazzjoni hawnhekk. Fuq fuq: L-ewwel premju: €1,000 It-tieni premju: €500 It-tielet premju: €200 – Aġġudikazzjoni indipendenti – Poeżiji aġġudikati anonimament – Konkors kompetittiv – Għal poeżiji bil-Malti mhux itwal minn 36 vers IL-FOND MALTI TAL-KTIEB Ftuħ is-sejħa: 18 ta’ Marzu Għeluq is-sejħa: 20 ta’ Mejju Tħabbira tar-riżultati: 15 ta’ Lulju Aktar informazzjoni hawnhekk. Fuq fuq: Baġit annwali: €140,000 Fond massimu: €500–€5,000 – Għal kotba fi stadju ta’ proġetti mhux ippubblikati – Sussidju għal proġetti mhux kummerċjalment vjabbli – Tweżin finanzjarju lil proġetti ta’ esportazzjoni u importazzjoni letterarja – Tweżin finanzjarju biex ikunu ripubblikati kotba klassiċi Maltin – Tweżin finanzjarju biex siltiet minn kotba lokali jinqalbu għall-Ingliż u jkunu ppiċċjati ma’ pubblikaturi internazzjonali – Aġġudikazzjoni indipendenti JEDDIJIET TAS-SELF PUBBLIKU (PLR) L-applikazzjonijiet jintlaqgħu s-sena kollha. Fuq fuq: Baġit annwali: €80,000 Ħlas massimu f’sena għal kull awtur: €5,000 – Il-ħlas japplika għall-awturi, koawturi, illustraturi, fotografi, u edituri skont kemm-il darba jissellfu l-kotba tagħhom. – Ħlas maħruġ kull tliet xhur – Skema estiża għal kotba mislufa mil-Librerija tal-Università ta’ Malta (ISBNS lokali) – maħruġ kull sena – Fondi allokati għal kull perjodu li jinqasmu bil-perċentwal skont l-istatistika tas-self ISBN u ISMN Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – X’inhu xogħolna? – norganizzaw avvenimenti nazzjonali u internazzjonali, minn uħud żgħar sa oħrajn kbar: il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus; – naġixxu bħala aġenzija letterarja għall-awturi u l-pubblikaturi f’fieri tal-kotba barra minn Malta; – norganizzaw konkorsi letterarji; – namministraw il-ħlasijiet tal-jeddijiet tas-self pubbliku (PLR), u l-ISBN u l-ISMN; – nikkordinaw, niffaċilitaw, u nissussidjaw proġetti lokali u ta’ esportazzjoni letterarja (Il-Fond Malti tal-Ktieb); – namministraw fondi awdjoviżivi għal produzzjonijiet ta’ kotba relatati mal-letteratura SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More