Is-sejħa għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2023 tiftaħ fil-5 ta’ Ġunju.
Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef huwa l-iktar konkors prestiġjuż ta’ poeżija waħda bil-Malti. Kull sena l-konkors jiġi ġġudikat minn ġurija maħtura mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Il-ġurija tevalwa l-poeżiji anonimament skont damma ta’ kriterji li jiffukaw fuq l-awtentiċità, is-saħħa immaġinattiva, il-karattru distintiv tal-vuċi poetika, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit.
Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru u jirċievu l-premju tagħhom f’ċerimonja ta’ premjazzjoni matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023. Il-ġurija tirriżerva d-dritt li l-premjijiet ma jingħatawx jekk tqis li ma jkunx intlaħaq il-livell mistenni.
Tliet Premjijiet
L-ewwel premju: €1,000
It-tieni premju: €200
It-tielet premju: €100
Kif tipparteċipa
Is-sottomissjonijiet għandhom jinkludu l-formola tal-applikazzjoni u erba’ kopji ta’ poeżija oriġinali bil-Malti li ma ġietx ippubblikata qabel u li ma taqbiżx is-36 vers, u għandhom jintbagħtu bil-posta lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke PBK 1776.
L-applikazzjoniet għandhom jaslu fl-uffiċċji tal-KNK sa nhar it-Tnejn 7 ta’ Awwissu 2023 f’nofsinhar. Ibgħat ukoll kopja tal-poeżija tiegħek permezz tal-formola tal-applikazzjoni onlajn.
Inħeġġu lill-parteċipanti kollha li jaqraw ir-regoli bir-reqqa qabel ma jdaħħlu l-applikazzjoni tagħhom.
2022
L-ewwel premju: Therese Pace b’Fuq l-Aġenda tal-Għajn ta’ Doreen
It-tieni premju: Jasmine Bajada b’Mużew tal-Istorja Naturali, l-Imdina
It-tielet premju: Miriam Calleja b’Kamra Żgħira, Xi Mkien
Ġurija
Rena Balzan
Norbert Bugeja
Glen Calleja
2021
L-ewwel premju: Carmel Scicluna għall-Submersi Filii
It-tieni premju: Ritianne Frendo għall-Mas-Sikta tal-Ħarifa
It-tielet premju: Jonathan Balzan għall-Hawala
Ġurija
Dr Josette Attard
Prof. Carmel Borg
Karl Schembri
2020
L-ewwel premju: Klara Vassallo għall-‘Dokumentazzjoni tal-minuti mnikkra fik‘
It-tieni premju: Louis Briffa għall-‘Tgħix Irridek‘
It-tielet premju: Jesmond Sharples għall-‘F’Posti‘
Ġurija
Dr. Immanuel Mifsud
Nadia Mifsud
John Aquilina
2019
L-ewwel premju: Nadia Mifsud għall-‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’
It-tieni premju: Louis Briffa għall-‘NES Qaqqari’
It-tielet premju: Ritianne Frendo għall-‘Preludju mħarbat’
Ġurija
Dr. Claudine Borg
Prof. Charles Briffa
Antoine Cassar