Fi ħdan l-Għaqda, għandna l-Grupp Teatrali, proġett li huwa miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom it-teatru bil-Malti. Matul dan il-workshop, se jkun hemm preżenti nies li jaħdmu fit-teatru professjonalment. Dawn se jkunu qed imexxu serje ta’ eżerċizzji li bihom il-parteċipanti jkunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom waqt li jitrawwem fihom apprezzament ikbar lejn it-teatru bi llsienna.