L-istejjer, it-taqbiliet, u l-mużika jolqtuna lkoll, imma t-tfal, bl-immaġinazzjoni u l-innoċenza kollha tagħhom, donnhom japprezzawhom iżjed. Din se tkun opportunità biex it-tfal isibu ruħhom f’dinja oħra, kważi kważi tal-ħrejjef, u magħhom jistgħu jieħdu anke lill-ġenituri tagħhom!