Informazzjoni

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

 

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus ilu mill-2014 jittella’ kull sena b’ħidma ma’ pubblikaturi lokali, dipartimenti mill-Università ta’ Malta u għaqdiet studenteski bil-għan li jippromwovi l-forom varji tal-letteratura, il-Melitensia u x-xogħol tar-riċerka. Dan kollu f’qafas li jipprovdi opportunità lill-istudenti biex jinteraġixxu ma’ xogħlijiet kurrenti ta’ finzjoni u riċerka, kif ukoll mal-awturi nnifishom.

Kampus Kotba – Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 qiegħed jittella fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta bejn l-Erbgħa 22 u l-Ġimgħa 24 ta’ Marzu.

Żur il-paġna ta’ Kampus Kotba fuq Facebook.

Kollox lest għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023!

Kollox lest sabiex għada tiftaħ l-għaxar edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, magħruf ukoll bħala Kampus Kotba. Dan il-Festival, […]

Meta l-mużika tagħti karattru lill-ktieb — ‘Ħsejjes Letterarji’ waqt Kampus Kotba 2023

Il-mużika taf toħloq l-ambjent tal-ktieb, li fil-proċess tagħti karattru lill-istess ktieb. Waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus se jkun […]

Programm

Il-programm sħiħ tal-attivitajiet ġie ppubblikat. Arah hawnhekk.

Esebituri

Edizzjonijiet Preċedenti

 

CampusFest22_WebsiteBanner-5
Redirect-web-banner-Campus 2021 MT