Esplorazzjoni tat-tema tal-maskulinità permezz ta’ siltiet meħuda mill-ktieb Small Worlds ta’ Caleb Azumah Nelson bil-parteċipazzjoni ta’ Luke Galea, u Maya Aarohi u Noah Fabri minn Geġwiġija Library. Din hija storja ta’ formazzjoni li tesplora l-intersezzjonijiet tal-maskulinità, ir-razza u l-immigrazzjoni.