Tixxandar is-silta tal-film Castillo, produzzjoni ta’ TakeTwo bbażata fuq ir-rumanz tal-2018 ta’ Clare Azzopardi, u ssegwi diskussjoni bil-parteċipazzjoni tal-awtriċi, id-Direttur Abigail Mallia, l-iskriptist u l-produttur Carlos Debettista, u l-attriċi fl-irwol prinċipali Simone Spiteri, sabiex jitkellmu dwar dal-proġett ġdid kif ukoll dwar l-adattament teatrali ta’ Castillo li kien ittella’ fi Spazju Kreattiv fl-2022.