Ingħaqdu magħna għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-ħames edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef. Matul din iċ-ċerimonja se jinqraw il-poeżiji rebbieħa. Wara li s-sena l-oħra tħabbret il-kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u r-rivista Modern Poetry in Translation, din is-sena se jiġu ppreżentati għall-ewwel darba f’Malta kopji ta’ din ir-rivista li ħarġet fis-sajf 2023 u li għandha fokus speċjali fuq il-poeżija Maltija tradotta għall-Ingliż.