L-edituri ta’ dan il-ktieb ġdid, Marie Avellino u George Cassar mill-Istitut għat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura fl-Università ta’ Malta, jiddiskutu temi fundamentali għall-industrija tat-turiżmu u l-isfidi li l-pandemija ġabet magħha.

Tourism and the Maltese Islands – Observations, reflections and proposals, deskritt mill-Pro-Rettur tal-Università Godfrey Baldacchino bħala ktieb li jispikka minħabba l-mod komprensiv kif iħares lejn l-iżvilupp tat-turiżmu f’Malta, jiffoka fuq temi u sitwazzjonijiet importanti għall-industrija kumplessa tat-turiżmu fil-Gżejjer Maltin, fosthom is-sostenibbiltà, il-kompetittività, swieqi alternattivi, u l-kompetenzi interkulturali. Ir-riċerka tislet minn diversi pajjiżi u xenarji li jikkontribwixxu biex jinxteħet dawl u jiġu kkjarifikati argumenti u topiks simili jew paralleli. Ir-riċerka akkademika għandha tkun kontinwament imbuttata ’l quddiem sabiex min jagħmel il-politiki, l-investituri, u min jieħu d-deċiżjonijiet ikollhom għodda u informazzjoni dejjem aġġornata f’idejhom. Jekk ma jkunx hemm aċċess għal din l-informazzjoni, il-politiki aktarx ikunu inadegwati u mhux biżżejjed. Dil-pubblikazzjoni timmira li tindirizza din-neċessità.

Dan l-avveniment se jsir bl-Ingliż.

Kite Group qed joffru skont ta’ 25% fuq il-kotba kollha waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus mixtrija minn fuq www.kitegroup.com.mt – Voucher code: BOOKS25