Niltaqgħu mal-awtriċi Sandra Hili Vassallo għal sessjonijiet ta’ qari tal-kotba Kejkijiet tal-Karrotti u Fwejjaħ ta’ Ward (5-8 snin) u Kollox Barra Bebbux (9-13-il sena).

Wara s-sessjonijiet tal-qari jkun hemm ħin għal diskussjoni u mistoqsjiet dwar it-temi u l-kontenut tal-kotba li jinkludu l-ħiliet finanzjarji: serq tal-karti ta’ kreditu, scams, kif iġġemma’ flusek  u tiffranka billi ssajjar u tixtri bil-ħsieb, bżonnjiet u xewqat eċċ.