Olivia Galea Seychell taqra minn Jiena u Beppe, Beppe u Jiena (Merlin Publishers). Dan il-ktieb nibet mill-passjoni kbira li Beppe, tifel awtistiku ta’ ħdax-il sena, għandu għall-kitba bil-Malti. Fuq kollox, Beppe xtaq jikteb storja mal-awtriċi Clare Azzopardi, u flimkien iddeċidew li l-ewwel jibdew jibagħtu l-emails lil xulxin dwar l-affarijiet li jħobbu u dawk li jdejquhum jew jibżgħu minnhom. Dan il-ktieb jiċċelebra is-similaritajiet u d-differenzi, l-inklużjoni u fuq kollox il-ħbiberija.

Proġett iffinanzjat mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.