Il-Kummissjoni Maltija tal-Films ilha sa mill-2008 tfittex li tappoġġja l-produtturi tal-films bis-saħħa ta’ skemi varji li jixprunaw il-produzzjonijiet lokali. Jekk wieħed iqis in-numru ta’ ideat mhux sfruttati fix-xena letterarja, hemm lok għal opportunità sabiex il-produtturi tal-films jikkunsidraw serjament l-adattazzjonijiet letterarji f’films u t-televixin. Aħna u nesploraw l-impatt tal-adattazzjonijiet minn kotba għall-iskrin, nimmiraw li nkebbsu arrikkiment kulturali, ningaġġaw lill-udjenza, u ninkuraġixxu esplorazzjonijiet kreattivi waqt li fl-istess ħin nixprunaw it-tkabbir tal-industrija letterarja u dik tad-divertiment. Dil-preżentazzjoni minn Susan Ronald u Jean Pierre Borg mill-Kummissjoni Maltija tal-Films se tiffoka fuq l-iskemi disponibbli u sservi biex tnaqqas id-distakk bejn l-awturi, il-pubblikaturi, u l-produtturi tal-films.