Il-gazzetta The Times of Malta għandha preżenza qawwija online (TimesofMalta.com) u din toffri diversi opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni mal-proġetti tal-Wikimedia. Waqt din l-attività se nvaraw il-programm ta’ ħidma ippjanat għall-2024 bejn il-website ta’ din il-gazzetta u proġetti ta’ Wikimedia bħall-Wikimedia Commons u l-Wikipedija. Bil-parteċipazzjoni ta’ Bertrand Borg, Editur online – Times of Malta.