Preżentazzjoni tal-uniċi żewġ xogħlijiet ta’ Frans Sammut, miktuba oriġinarjament bit-Taljan. Jipparteċipaw il-pubblikatur Salvo Bonfirraro, il-lettur Patrick Sammut u l-kittieba Mark Sammut u Aleks Farrugia.

 

Ir-rakkont f’Cagliostro la doppia vita e l’intrigo maltese jinbena fuq id-duwalità ta’ alkemista u avventurier enigmatiku li sal-lum, mitejn sena minn mewtu, għadu jaffaxxina u jintriga anki lill-aktar skulari robusti. I Giovanniti la storia dei cavalieri di Malta huwa ktieb uniku fil-klassi tiegħu, u jittratta waħda mill-aktar ordnijiet militari importanti u ċentrali fid-dinja Kristjana: l-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta, magħrufa wkoll bħala l-Giovanniti. Frans Sammut jirrakkonta l-istorja tal-Ordni tal-Kavallieri tal-Isptar ta’ San Ġwann sa mill-oriġini tiegħu fis-Saltna ta’ Ġerusalemm sal-lum.