Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktiebtoffri lill-industrija tal-Ktieb Malti bosta servizzi importanti filwaqt li tħeġġeġ il-qari u tmexxi ’l quddiem il-ktieb bħala mezz ta’ komunikazzjoni fl-għamliet kollha tiegħu. Il-Kunsill jirrapreżenta lill-kittieba u lill-pubblikaturi f’fora pubbliċi u mal-istituzjonijiet sabiex jippromwovi l-interessi ta’ l-industrija tal-kotba. Fost avvenimenti ta’ skala kemm żgħira u kemm nazzjonali jorganizza l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, jamministra l-Jeddijiet tas-Self Pubbliku, jorganizza konkorsi letterarji u huwa wkoll l-aġent lokali għall-ISBN u l-ISMN.

L-attitudni kulturali u l-approċċ multimidja tiegħu jippermettulu jaħdem b’mod dirett mal-industrija tal-ktieb . B’danakollu bħala entità jaqa’ fl-ambitu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u dejjem tqies bħala parti sħiħa mill-infrastruttura edukattiva pubblika. Il-Malta Libraries, li hija l-entità responsabbli mil-libreriji pubbliċi kollha inkluża l-Librerija Nazzjonali, hija entità separata u distinta li taħdem mill-qrib mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-Leġislazzjoni Sussidjarja 327.580 għat-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb tista’ tinsab hawn.

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Għal aktar informazzjoni dwar l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni u kif tissottometti talba, aċċessa dan id-dokument.