Il-Komunità Maltija tal-Illustraturi qed torganizza l-ewwel avveniment uffiċjali tagħha ta’ tlaqqigħ tal-membri permezz tat-tnedija tat-tieni pubblikazzjoni tal-Annwal tal-Illustrazzjoni Maltija. Illustraturi Maltin, kif ukoll dawk interessati fis-suġġett, mistednin jattendu biex jissoċjalizzaw u jagħtu titwila lejn l-aqwa illustrazzjonijiet Maltin tal-2021 u 2022. Se jkun hemm ukoll reċensjoni ta’ portafolli mid-disinjatur u illustratur Mike Ross u l-illustratur Zack Ritchie. Min jixtieq reċensjoni jrid jibbukkja minn qabel. Segwu l-MCOI fuq Facebook u Instagram għal iktar informazzjoni.