Home / News / Giovanni Bonello: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura 2024 Back to News Giovanni Bonello: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura 2024 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 29th November, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iffaċilita intervista ma’ Giovanni Bonello – avukat tad-drittijiet tal-bniedem, storiku u eksimħallef fi ħdan il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – wara li ngħata l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura waqt l-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurnalista Andrea Caruana kiteb artiklu dwar ħajtu u xogħlu, li ġie mitbugħ fuq The Malta Independent tal-Ħadd. Giovanni Bonello kien innominat unanimament mill-bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024 biex jingħata dan il-ġieħ. Il-premju jweġġaħ lil Bonello għall-kontribuzzjonijiet numerużi tiegħu għal-letteratura Maltija – b’total ta’ 35 ktieb – li jkopru firxa ta’ suġġetti, mill-arti u l-istorja sal-liġi kostituzzjonali. Ħames pubblikazzjonijiet minn dawn rebbħuh il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb matul is-snin. Il-pubblikazzjonijiet tiegħu jinkludu s-serje magħrufa u voluminuża Histories of Malta, li aċċertat ir-reputazzjoni tiegħu bħala awtur tal-‘mikro-Storja’. Dan għaliex Bonello jħares lejn epoki storiċi importanti minn isfel għal fuq biex b’hekk ipinġi stampa ta’ Malta li taqbad l-esperjenza mgħixa tal-poplu mill-perspettiva tal-abitanti subalterni. Fil-ġabra ta’ esejs Misunderstanding the Constitution (2018), oriġinarjament ippubblikata minn Times of Malta, Bonello juża t-tnax-il sena t’esperjenza tiegħu bħala mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1998–2010) biex jikkritika r-rekord ta’ Malta fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem. F’antoloġija aktar reċenti, Blaming it on Eve (2024), Bonello jindirizza n-nuqqas ta’ bilanċ fil-ġeneru fl-istorjografija billi jpoġġi l-esperjenzi ta’ protagonisti femminili sinjifikanti fiċ-ċentru tal-istorja mżewqa ta’ Malta. Bonello huwa Kavallier tal-Ordni Militari Sovrana ta’ Malta u Kumpann tal-Ordni Nazzjonali tal-Meritu. Il-Kunsilll Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iweġġaħ lil Giovanni Bonello wara ħajja ta’ dedikazzjoni biex jagħni l-letteratura u l-kultura Maltija. Xogħlu ħalla marka indelibbli fuq il-kuntest storiku u letterarju Malti billi pprovda perspettivi mirquma fuq il-passat tan-nazzjon filwaqt li semma’ leħnu favur id-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja. Hekk kif il-KNK iħares ’il quddiem lejn il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 mill-5 sad-9 ta’ Novembru, fejn bħal kull sena se jintwera dokumentarju fuq il-ħajja u l-legat tar-rebbieħ ta’ dan il-premju prestiġġjuż, nistiednu lill-qarrejja biex jiskopru l-biblijografija ta’ Bonello, li kulma tmur tkompli tispira u teduka lil ġenerazzjonijiet ta’ Maltin. Il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura jikkonferma li l-KNK kommess biex jibqa’ jiċċelebra figuri letterarji kbar Maltin filwaqt li jaċċerta li l-kontribuzzjonijiet tagħhom ikomplu jservu ta’ pedament sod għall-wirt kulturali tagħna. Tista’ taqra l-intervista fl-intier tagħha fuq The Malta Independent hawnhekk. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More