Home / News / Ryan Falzon: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti 2024 Back to News Ryan Falzon: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti 2024 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 3rd December, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iffaċilita intervista mal-kittieb u artist Ryan Falzon, wara li fiċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024 ingħata l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti. Dan l-artiklu nkiteb minn Emma Borg mis-Sunday Times of Malta, u jittratta t-tħassib u l-ambizzjonijiet ta’ Falzon bħala kittieb ġdid, huwa u jfittex li jleħħen lill-ġenerazzjoni ta’ żmienu fil-forom artistiċi differenti tiegħu. Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti huwa wieħed minn żewġ premji speċjali li jingħataw waqt iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – l-ieħor huwa l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, li dis-sena mar għand l-istoriku, kritiku tal-arti u avukat tad-drittijiet tal-bniedem Giovanni Bonello. Dawn il-premji speċjali jlaqqgħu iż-żewġ trufijiet tal-vjaġġ tal-letteratura f’Malta, billi tal-ewwel jippremja lil dik il-vuċi ġdida u promettenti li qed tħabrek sabiex tagħti direzzjonijiet ġodda lil-letteratura f’Malta, u tat-tieni jweġġaħ lil dik jew dak l-awtur li ħalla impatt fuq ix-xena lokali wara ħajja ta’ kitba. Falzon intgħażel għal dal-premju b’maġġoranza mill-KNK u l-membri tal-bord tiegħu. Falzon ħalla l-marka tiegħu fil-qasam letterarju bil-pubblikazzjoni tal-ewwel rumanz tiegħu Sajf (Kotba Calleja) fl-2022, li għamilha mal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u tfaħħar għal kif artikula b’mod astut l-ispirtu u l-buri ta’ ġenerazzjoni sħiħa ta’ millenarji Maltin. Minkejja dan, Falzon huwa diġà figura stabbilita fil-qasam artistiku f’dawn l-aħħar snin, u esebixxa l-arti viżiva tiegħu kemm Malta kif ukoll f’Berlin. Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti mhuwiex biss premju li jingħata lil awturi li juru talent partikulari; il-premju jqis ukoll l-iżvilupp tas-sengħa letterarja u artistika ta’ dik jew dak li jmur għandu l-premju, b’mod partikulari lejn it-tħabrik personali tal-kittieb sabiex itejjeb senegħtu billi, fost oħrajn, jipparteċipa f’workshops, masterclasses jew korsijiet, inkella bil-preżenza sinjifikanti tiegħu fil-komunità tal-kittieba b’firxa ta’ xogħlijiet esperimentattivi. Tista’ taċċessa l-intervista sħiħa fuq is-Sunday Times of Malta hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More