Home / News / Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Back to News Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals • Malta Book Festival • Other 12th November, 2025 L-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali, attirat numru rekord ta’ viżitaturi ta’ bejn wieħed u ieħor 40,000 persuna fuq ħamest ijiem. Din il-qabża fin-numri tista’ tiġi attribwita parzjalment għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-iskema mġedda tal-vawċers ta’ €20 għal studenti tal-primarja u s-sekondarja – miżura baġitarja li ġiet rikonfermata għas-sena d-dieħla wkoll. “It-tema ta’ dis-sena kienet ‘Nikteb mill-Ġdid’, dwar is-saħħa trasformattiva tal-bidla. Din is-saħħa dehret b’diversi modi, mhux l-inqas bit-titjib fil-mod kif ħdimna li rriżulta fi tragwardi ġodda kemm fl-attendenza kif ukoll fil-bejgħ, biex b’hekk il-Festival ivvalida l-isforzi kollha li saru fil-preparamenti”, qal il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. Hu żied jgħid li għal dir-raġuni, it-tim tal-KNK qed iqis din l-edizzjoni bħala “il-punt ta’ tluq” – fażi ġdida b’momentum pożittiv li l-KNK beħsiebu jibni fuqu għad-dieħla. Camilleri ħabbar ukoll li ssarrfu madwar 15,000 vawċer waqt il-Festival, li għenu biex jiżdied il-bejgħ kemm tal-pubblikaturi lokali u anki tal-bejjiegħa tal-kotba, kif wieħed jista’ jassumi mill-folol u l-kjuwijiet twal li kien hemm waqt ħafna mill-ħinijiet. “Issa li l-iskema tal-vawċers ġiet rikonfermata għall-2026, ħerqanin biex intejbu l-operat tagħna sabiex nassiguraw li kemm il-KNK u anki l-imsieħba tagħna nimmassimizzaw il-vantaġġ u titjibilhom l-esperjenza”, sostna Camilleri. Ħa l-okkażjoni wkoll sabiex jirringrazzja lill-imsieħba u sponsors kollha li għenu sabiex l-edizzjoni ta’ dis-sena tkun waħda speċjali. Fost l-oħrajn, l-Inspire Malta u l-APS Bank, li għal darb’oħra assiguraw li l-Festival ikollu Kamra Sensorja mgħammra għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu; Piscopo Gardens li sebbħu l-post bil-pjanti tagħhom u kkreaw zona ta’ mistrieħ fejn in-nies setgħu jaraw xi xtraw ’l hinn mill-ħamba tan-nies; l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma li organizzaw sessjonijiet edukattivi għall-viżitaturi żgħar dwar il-konservazzjoni tal-enerġija u l-ilma; lis-Service Dogs Foundation li offrew sessjonijiet ta’ terapija bl-annimali; MCAST Art & Design, Faber-Castell u l-Malta Community of Illustrators li nedew suq żgħir tal-artisti b’sessjonijiet addattati għal kull età tul il-ħamest ijiem; u finalment lill-Kunsill Malti għall-Arti, f’dir-raba’ sena ta’ kollaborazzjoni fil-preżentazzjoni tal-esebizzjoni From Illustration to Book. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb offra esperjenza sħiħa lill-familji kollha – b’44 esebitur, programm b’aktar minn 100 attività, u tliet superstars letterarji internazzjonali – Jeff VanderMeer, Ann VanderMeer u Samantha Harvey. “Ir-rispons pożittiv li rċivejna dis-sena qawwilna qalbna, iżda m’aħniex se noqogħdu mmaħħu wisq fuqu. Fil-jiem li ġejjin se jkollna għadd ta’ laqgħat biex naraw kif morna u fejn nistgħu ntejbu, kemm bejnietna u anki mal-imsieħba tagħna. Dan sabiex naraw li l-Festival – l-akbar ċelebrazzjoni tal-kotba u l-qari f’Malta – jibqa’ jissaħħaħ”, temm jgħid Camilleri. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More