Home / News / Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2018 Back to News Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2018 Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 22nd January, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2018. Il-kompetizzjoni titlob lil timijiet li jipproduċu l-films biex jissottomettu screenplay, flimkien ma’ pjan ta’ proġett, għal film ibbażat fuq novella Maltija ppubblikata. Il-film propost għandu jkun ta’ bejn 15 u 20 minuta u l-iscreenplay għandu jkun bil-Malti. Huwa importanti ħafna li l-pjan tal-proġett jinkludi baġit sħiħ u l-iskedi taż-żmien għall-proċess ta’ produzzjoni. Is-sottomissjoni rebbieħa tirċievi fondi ta’ € 20,000 mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (NBC), li jinkludu spejjeż ta’ loġistika, dawl u elettriku. NBC se jalloka wkoll għotja ta’ € 1000 lill-awtur tal-novella oriġinali bħala kumpens għall-użu tal-istorja tagħhom. Bord ta’ aġġudikazzjoni magħmul minn tliet ġurati se jinħatar mill-NBC għall-iskop li jagħżlu l-aħjar sottomissjoni. It-tim rebbieħ jirċievi kemm finanzjament kif ukoll konsultazzjoni sabiex jipproduċi l-film fil-ħin għall-ewwel screening tiegħu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (7- 11 ta’ Novembru 2018). It-timijiet li jissottomettu l-proposta tagħhom irid ikollhom esperjenza preċedenti fit-tfassil tal-films u l-proposta għandha tkun ibbażata fuq test Malti li ġie ppubblikat f’forma ta’ ktieb. It-test oriġinali tal-istorja jista’ jkun kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti iżda l-iscreenplay, apparti d-djalogu, għandu jkun bil-Malti. L-applikanti huma mitluba jniżżlu kopja tal-applikazzjoni u jibagħtuha, flimkien mal-iscript u l-pjan tal-proġett, lil Joe Debattista sat-30 ta’ Marzu 2018 f’ dan l-indirizz: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Prof. Triq J. Mangion, Floriana, FRN 1800. Erba’ kopji stampati tal-applikazzjoni u d-dokumenti l-oħra għandhom jintbagħtu sabiex l-applikazzjoni tkun ipproċessata. Għal aktar informazzjoni rigward il-proċess tal-għażla aqra l-kriterji tal-għażla hawnhekk. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More