Home / News / Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2018 back to news Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2018 Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 22nd January, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2018. Il-kompetizzjoni titlob lil timijiet li jipproduċu l-films biex jissottomettu screenplay, flimkien ma’ pjan ta’ proġett, għal film ibbażat fuq novella Maltija ppubblikata. Il-film propost għandu jkun ta’ bejn 15 u 20 minuta u l-iscreenplay għandu jkun bil-Malti. Huwa importanti ħafna li l-pjan tal-proġett jinkludi baġit sħiħ u l-iskedi taż-żmien għall-proċess ta’ produzzjoni. Is-sottomissjoni rebbieħa tirċievi fondi ta’ € 20,000 mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (NBC), li jinkludu spejjeż ta’ loġistika, dawl u elettriku. NBC se jalloka wkoll għotja ta’ € 1000 lill-awtur tal-novella oriġinali bħala kumpens għall-użu tal-istorja tagħhom. Bord ta’ aġġudikazzjoni magħmul minn tliet ġurati se jinħatar mill-NBC għall-iskop li jagħżlu l-aħjar sottomissjoni. It-tim rebbieħ jirċievi kemm finanzjament kif ukoll konsultazzjoni sabiex jipproduċi l-film fil-ħin għall-ewwel screening tiegħu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (7- 11 ta’ Novembru 2018). It-timijiet li jissottomettu l-proposta tagħhom irid ikollhom esperjenza preċedenti fit-tfassil tal-films u l-proposta għandha tkun ibbażata fuq test Malti li ġie ppubblikat f’forma ta’ ktieb. It-test oriġinali tal-istorja jista’ jkun kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti iżda l-iscreenplay, apparti d-djalogu, għandu jkun bil-Malti. L-applikanti huma mitluba jniżżlu kopja tal-applikazzjoni u jibagħtuha, flimkien mal-iscript u l-pjan tal-proġett, lil Joe Debattista sat-30 ta’ Marzu 2018 f’ dan l-indirizz: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Prof. Triq J. Mangion, Floriana, FRN 1800. Erba’ kopji stampati tal-applikazzjoni u d-dokumenti l-oħra għandhom jintbagħtu sabiex l-applikazzjoni tkun ipproċessata. Għal aktar informazzjoni rigward il-proċess tal-għażla aqra l-kriterji tal-għażla hawnhekk. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More