Home / News / Il-KNK fil-London Book Fair 2016 Back to News Il-KNK fil-London Book Fair 2016 Esportazzjoni letterarja • Festivals • Inizjattivi • London Book Fair • Other 20th April, 2016 Il- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm irritorna mill-London Book Fair 2016 fejn, għat-tieni sena konsekuttiva, ipparteċipa bi stand prominenti mimlija b’selezzjoni vasta ta’ Melitensia li tinkludi kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ uħud mill-aktar pubblikazzjonijiet ta’ proża riċenti u kotba ta’ referenza ta’ kwalita minn pubblikaturi Maltin. Għall-2016, il-KNK ikkollabora ma’ Klabb Kotba Maltin u l-editur Terence Portelli fuq żewġ antoloġiji ta’ siltiet tradotti għall-Ingliż minn kotba ta’ poeżija u ta’ proża rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – żewġ pubblikazzjonijiet separati bl-isem ‘Beyond a Satin Sea’ u ‘Under a Tangerine Sky’ li ġew imqassma b’xejn lil min attenda l-LBF u pubblikaturi interessati fil-proġett. L-istand ukoll serviet bħala post ċentrali għall-rappreżentanti minn Gutenberg Press Ltd u kienet miftuħa għall-pubblikaturi u entitajiet Maltin kollha li xtaqu jużaw l-ispazju għall-appuntamenti tagħhom tul it-tliet ijiem tal-fiera. Flimkien ma’ Chris Gruppetta minn Merlin Publishers u Joseph Mizzi minn Midsea Books, il-KNK preżenta seminar bl-isem ‘The Maltese Book Market’; appuntu dwar is-suq tal-kotba f’Malta. Wara l-preżentazzjoni mill-pubblikaturi u l-Kap Eżekuttiv, Mark Camilleri, l-kelliema laqgħu xi mistoqsijiet dwar Malta u x-xena letterarja f’pajjiżna minn dawk preżenti għas-seminar. Fil-Poetry Pavillion tal-LBF, tliet ixkaffef ġew riservati esklussivament għall-kotba tal-poeżija Maltija u kull min attenda setgħa jdur il-kotba bil-kwiet. F’avveniment separat Keith Borg, Antonella Axisa u Antoine Cassar qraw għażla ta’ poeżiji Maltin bil-Malti u bl-Ingliż fil-Globe Theatre Stage armat fl-istess paviljun tal-LBF. Fl-istess palk ittellgħet ukoll ‘Shakesperience’ – għadd ta’ siltiet mir-repertorju ta’ Shakespeare tradotti f’lingwi differenti u reċtati minn atturi minn madwar id-dinja. L-attriċi Antonella Axisa preżentat silta mid-diskors ta’ Lady Macbeth tradotta għall-Malti minn Alfred Palma u diretta minn Immanuel Mifsud. Fl-aħħar ġurnata tal-fiera ġewwa l-Literary Translation Centre tal-LBF, Clare Azzopardi ġiet magħżulha u mħabbra uffiċċjalment bħala waħda mit-10 New Voices from Europe – parti mill-proġett Literary Europe Live organizzat minn Literature Across Frontiers u ko-finanzjat mill-Creative Europe Programme tal-Unjoni Ewropea. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More