Home / News / Il-KNK fil-London Book Fair 2016 Back to News Il-KNK fil-London Book Fair 2016 Esportazzjoni letterarja • Festivals • Inizjattivi • London Book Fair • Other 20th April, 2016 Il- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm irritorna mill-London Book Fair 2016 fejn, għat-tieni sena konsekuttiva, ipparteċipa bi stand prominenti mimlija b’selezzjoni vasta ta’ Melitensia li tinkludi kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ uħud mill-aktar pubblikazzjonijiet ta’ proża riċenti u kotba ta’ referenza ta’ kwalita minn pubblikaturi Maltin. Għall-2016, il-KNK ikkollabora ma’ Klabb Kotba Maltin u l-editur Terence Portelli fuq żewġ antoloġiji ta’ siltiet tradotti għall-Ingliż minn kotba ta’ poeżija u ta’ proża rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – żewġ pubblikazzjonijiet separati bl-isem ‘Beyond a Satin Sea’ u ‘Under a Tangerine Sky’ li ġew imqassma b’xejn lil min attenda l-LBF u pubblikaturi interessati fil-proġett. L-istand ukoll serviet bħala post ċentrali għall-rappreżentanti minn Gutenberg Press Ltd u kienet miftuħa għall-pubblikaturi u entitajiet Maltin kollha li xtaqu jużaw l-ispazju għall-appuntamenti tagħhom tul it-tliet ijiem tal-fiera. Flimkien ma’ Chris Gruppetta minn Merlin Publishers u Joseph Mizzi minn Midsea Books, il-KNK preżenta seminar bl-isem ‘The Maltese Book Market’; appuntu dwar is-suq tal-kotba f’Malta. Wara l-preżentazzjoni mill-pubblikaturi u l-Kap Eżekuttiv, Mark Camilleri, l-kelliema laqgħu xi mistoqsijiet dwar Malta u x-xena letterarja f’pajjiżna minn dawk preżenti għas-seminar. Fil-Poetry Pavillion tal-LBF, tliet ixkaffef ġew riservati esklussivament għall-kotba tal-poeżija Maltija u kull min attenda setgħa jdur il-kotba bil-kwiet. F’avveniment separat Keith Borg, Antonella Axisa u Antoine Cassar qraw għażla ta’ poeżiji Maltin bil-Malti u bl-Ingliż fil-Globe Theatre Stage armat fl-istess paviljun tal-LBF. Fl-istess palk ittellgħet ukoll ‘Shakesperience’ – għadd ta’ siltiet mir-repertorju ta’ Shakespeare tradotti f’lingwi differenti u reċtati minn atturi minn madwar id-dinja. L-attriċi Antonella Axisa preżentat silta mid-diskors ta’ Lady Macbeth tradotta għall-Malti minn Alfred Palma u diretta minn Immanuel Mifsud. Fl-aħħar ġurnata tal-fiera ġewwa l-Literary Translation Centre tal-LBF, Clare Azzopardi ġiet magħżulha u mħabbra uffiċċjalment bħala waħda mit-10 New Voices from Europe – parti mill-proġett Literary Europe Live organizzat minn Literature Across Frontiers u ko-finanzjat mill-Creative Europe Programme tal-Unjoni Ewropea. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More