Home / News / Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 Back to News Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 9th May, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden lil poeti li jiktbu bil-Malti biex jipparteċipaw fis-sitt edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef li tnieda fl-2019 bil-għan li jsaħħaħ il-kitba poetika f’Malta u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti. F’dawn l-aħħar snin il-Konkors intrebaħ minn poeti stabbiliti fosthom Therese Pace, Carmel Scicluna, il-Poeta Lawreata Nadia Mifsud, kif ukoll minn ilħna ġodda bħal Klara Vassallo. Bis-saħħa ta’ dan il-konkors, u oħrajn simili organizzati tul is-sena, il-KNK jimmira li jrawwem kultura letterarja b’saħħitha. Il-konkors ikun aġġudikat minn grupp ta’ aġġudikanti li jinħatar kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurija tevalwa kull poeżija, b’mod anonimu, skont damma ta’ kriterji li jħarsu lejn l-awtentiċità, l-immaġinazzjoni, id-distintività fil-vuċi, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit. Ikunu ppremjati l-ewwel tliet postijiet; l-awturi tal-poeżija rebbieħa jirċievu premju ta’ €1,000, u l-awturi taż-żewġ poeżiji ta’ warajha jirċievu premju ta’ €500 u €200 rispettivament. Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru f’ċerimonja mtellgħa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 li dis-sena se jsir bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru. Il-parteċipanti huma mitluba jissottomettu poeżija oriġinali waħda biss li ma ġietx ippubblikata qabel xi mkien ieħor. Il-poeżija trid tkun bil-Malti u ma taqbiżx is-36 vers. Kull applikant mitlub jaqra bir-reqqa r-regolamenti tal-Konkors li jinsabu ppubblikati fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Minn din l-edizzjoni, is-sottomissjonijiet tal-poeżiji, iffirmati biss bi psewdonimu, għandhom issiru esklussivament permezz tal-formola tal-applikazzjoni onlajn sad-data tal-għeluq tal-Konkors nhar it-Tnejn it-22 ta’ Lulju 2024 f’nofsinhar. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More